Use quotation marks to search for an "exact phrase". Append an asterisk (*) to a search term to find variations of it (transp*, 32019R*). Use a question mark (?) instead of a single character in your search term to find variations of it (ca?e finds case, cane, care).
Dan seħħ sabiex jiżdied momentum ġdid għall-integrazzjoni Ewropea u biex jitlesta s-suq intern (żona mingħajr fruntieri interni u fejn hemm moviment liberu ta’ merkanzija, persuni, servizzi u kapital) sal-.
Is-SEA emenda r-regoli li jirregolaw l-operat tal-istituzzjonijiet Ewropej u espanda s-setgħat ta’ dik li kienet il-Komunità Ewropea f’numru ta’ oqsma ta’ politika.
Permezz tal-ħolqien ta’ kompetenzi Komunitarji ġodda u r-riforma tal-istituzzjonijiet, is-SEA fetaħ it-triq għal iktar integrazzjoni politika u unjoni ekonomika u monetarja li kienet tidher fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (it-Trattat ta’ Maastricht).
PUNTI EWLENIN
Objettivi
In-negozjati intergovernattivi li wasslu għas-SEA kellhom mandat doppju biex jikkonkludu:
l-estensjoni tal-Komunità Ekonomika Ewropea u r-responsabbiltajiet tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.
Struttura
Is-SEA jikkonsisti minn preambolu u 4 titoli u jinkludi serje ta’ dikjarazzjonijiet adottati mill-konferenza.
Il-preambolu jiddikjara l-miri fundamentali tat-trattat u jesprimi d-determinazzjoni tal-firmatarji biex jittrasformaw ir-relazzjonijiet tagħhom b’mod ġenerali bil-għan li tinħoloq Unjoni Ewropea. Il-preambolu jistabbilixxi wkoll il-karattru uniku tal-att, li jiġbor flimkien ir-regoli komuni fir-rigward tal-kooperazzjoni fil-qasam tal-politika barranija u l-Komunitajiet Ewropej. Fl-aħħar nett, jiffoka fuq iż-żewġ objettivi tar-reviżjoni tat-trattati, jiġifieri “li tittejjeb is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali billi testendi politiki komuni u ssegwi għanijiet ġodda” u “li jiġi żgurat funzjonament bla xkiel tal-Komunitajiet”.
Titolu I fih regoli komuni għall-kooperazzjoni politika u l-Komunità Ewropea.
Titolu II huwa ddedikat għall-emendi tat-trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej.
Titolu III jikkonċerna l-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tal-politika barranija.
Titolu IV jikkonċerna r-regoli ġenerali u finali.
Bidliet istituzzjonali
Sabiex jippermetti l-ħolqien tas-suq uniku sal-1993, is-SEA introduċa numru akbar ta’ każijiet fejn il-Kunsill jista’ jieħu deċiżjonijiet b’maġġoranza kwalifikata aktar milli b’unanimità. Dan it-teħid ta’ deċiżjonijiet issimplifikat ifisser li d-dewmien frekwenti inerenti għat-tfittxija għal ftehim unanimu fost it-12-il pajjiż membru f’dak iż-żmien jista’ jiġi evitat. L-unanimità ma tkunx aktar meħtieġa għal liġijiet maħsuba biex jistabbilixxu s-suq uniku, bl-eċċezzjoni ta’ miżuri li jikkonċernaw it-tassazzjoni, il-moviment liberu tal-persuni u d-drittijiet u l-interessi tal-persuni impjegati.
Is-setgħat tal-Parlament ġew imsaħħa billi inkludew ir-rekwiżit għall-kunsens tiegħu meta ġew konklużi ftehimiet ta’ tkabbir u assoċjazzjoni. Is-SEA introduċa l-proċedura ta’ kooperazzjoni, li saħħet il-pożizzjoni tal-Parlament fid-djalogu interistituzzjonali u tatha l-possibbiltà ta’ żewġ qari ta’ abbozzi ta’ liġijiet proposti taħt għadd limitat ta’ bażijiet legali — b’hekk twittiet it-triq lejn ir-rwol futur tal-Parlament bħala koleġiżlatur mal-Kunsill.
Is-SEA ċċara ċerti regoli dwar is-setgħat ta’ implimentazzjoni. L-Artikolu 10 ppermetta lill-Kunsill, bħala regola ġenerali, li jagħti lill-Kummissjoni poteri ta’ implimentazzjoni għar-regoli li l-Kunsill stabbilixxa. Il-Kunsill jista’ jirriżerva biss id-dritt li jeżerċita setgħat ta’ implimentazzjoni diretta f’każijiet speċifiċi. Is-SEA ħoloq ukoll il-pedamenti għall-Qorti tal-Prim’Istanza (QPI) — issa l-Qorti Ġenerali.
Oqsma ta’ politika
Taħt is-SEA, il-votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata saret in-norma l-ġdida f’erba’ oqsma eżistenti koperti mit-trattati:
ambjent — l-introduzzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà (jiġifieri jittieħdu biss miżuri fil-livell Ewropew fejn huma aktar effettivi milli fil-livell ta’ pajjiż individwali); u
politika barranija komuni — bil-presidenza tal-Kunsill responsabbli biex tibda azzjoni u tikkoordina l-pożizzjonijiet tal-pajjiżi membri.