Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-Programm tas-Suq Uniku

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) 2021/690 li jistabbilixxi programm għas-suq intern, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), għall-qasam tal-pjanti, l-annimali, l-ikel u l-għalf, u għall-istatistika Ewropea (Programm tas-Suq Uniku)

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Jistabbilixxi l-għanijiet, il-baġit, il-governanza u r-regoli ta’ finanzjament għall-ewwel programm integrat tas-suq uniku intern. Dan iġib flimkien attivitajiet li qabel kienu ffinanzjati taħt sitt programmi separati. Se jdum għaddej mill-2021 sal-2027.

PUNTI EWLENIN

L-għanijiet ġenerali tal-programm huma li:

  • itejjeb il-funzjonament tas-suq intern, notevolment biex jipproteġi u jagħti s-setgħa lill-pubbliku, lill-konsumaturi u lin-negozji, speċjalment lill-SMEs, billi
    • jinforza l-liġi tal-UE u jiffaċilita l-aċċess għas-suq u jiffissa standards
    • jippromwovi s-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti u l-benesseri tal-annimali
    • jirrispetta l-iżvilupp sostenibbli u jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi
    • isaħħaħ il-kooperazzjoni bejn awtoritajiet nazzjonali, il-Kummissjoni Ewropea u aġenziji tal-UE deċentralizzati;
  • jiżviluppa, jipproduċi u jxerred statistika Ewropea ta’ kwalità għolja, komparabbli, fil-ħin u affidabbli biex
    • isostni d-disinn, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta’ politiki tal-UE
    • jgħin lill-pubbliku, lil dawk li jfasslu l-politika, lin-negozji u lill-midja jagħmlu deċiżjonijiet infurmati
    • jgħin lill-gruppi ta’ hawn fuq jipparteċipaw b’mod attiv fil-proċess demokratiku.

Dawn l-għanijiet ġenerali jinkisbu permezz tal-għanijiet speċifiċi li ġejjin:

  • jagħmlu s-suq intern aktar effettiv, speċjalment bit-trasformazzjoni diġitali, li tipprevjeni u tneħħi ostakli illegali (EUR 452 miljun fuq perjodu ta’ seba’ snin) u tiżgura li prodotti siguri u konformi biss jistgħu jinbiegħu (EUR 106 miljun);
  • isaħħu l-kompetittività u s-sostenibilità tal-SMEs, inklużi forom differenti ta’ appoġġ, il-promozzjoni ta’ opportunitajiet ta’ negozji ġodda u l-iżvilupp ta’ katini ta’ valur industrijali (EUR 1 biljun);
  • jiżguraw il-funzjonament effettiv tas-suq intern permezz ta’ standards Ewropej u internazzjonali ta’ kwalità għolja (EUR 221 miljun);
  • jippromwovu l-interessi tal-konsumaturi u livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi u sigurtà tal-prodotti, inkluż fis-servizzi finanzjarji (EUR 200 miljun);
  • jikkontribwixxu għal livell għoli ta’ saħħa u sigurtà għall-bnedmin, annimali u pjanti permezz tal-katina tal-ikel, inkluż il-qerda tal-mard tal-annimali u pesti tal-pjanti, il-ġlieda kontra r-reżistenza antimikrobjali u l-iżvilupp ta’ produzzjoni u konsum ta’ ikel sostenibbli (EUR 1.7 biljun);
  • jiżviluppaw, jipproduċu, ixerrdu u jikkomunikaw statistika Ewropea ta’ kwalità għolja (EUR 552 miljun).

Il-baġit ta’ 7 snin biex jiġi implimentat il-programm huwa ta’ EUR 4,208,041,000 (prezzijiet kurrenti). Sa 5 % tal-baġit jista’ jintuża għal diversi għanijiet tekniċi u amministrattivi, bħal preparazzjoni, monitoraġġ, kontroll, verifika, evalwazzjoni u użu ta’ netwerks tat-teknoloġija tal-informazzjoni.

Pajjiżi mhux tal-UE jistgħu jipparteċipaw fil-programm soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet. Dawn jinkludu d-dritt tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) li jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, biex iħares il-finanzi tal-UE.

L-Artikolu 8 u l-Annessi I (pjanti, annimali, ikel u għalf) u II (statistika Ewropea) stabbilew il-ħafna attivitajiet eliġibbli għall-finanzjament taħt l-għanijiet ġenerali u speċifiċi tal-programm.

Entitajiet ġuridiċi1 huma eliġibbli għall-finanzjament jekk ikunu:

  • ibbażati fi Stat Membru tal-UE jew f’pajjiż jew territorju barrani marbut, jew f’pajjiż mhux tal-UE assoċjat mal-programm;
  • maħluqa taħt il-liġi tal-UE, jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali;
  • ibbażati f’pajjiż mhux tal-UE mhux assoċjat mal-programm, imma l-attivitajiet tagħhom huma konformi mal-għanijiet tagħha.

L-Artikolu 10 jistabbilixxi l-entitajiet li jistgħu jirċievu għotja mingħajr sejħa għal proposti. Dawn ivarjaw minn awtoritajiet nazzjonali ta’ sorvejlanza tas-suq sal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtaġġ Finanzjarju u l-Bureau Européen des Unions de Consommateurs.

Regoli ta’ kofinanzjament jiddikjaraw li:

  • f’ċertu ċirkostanzi l-programm jista’ jkopri sa 100 % tan-nefqa eleġibbli. F’postijiet oħra, il-firxa hija bejn 50 % u 95 %;
  • l-attivitajiet jistgħu jirċievu finanzi mill-programm tas-suq uniku u fondi oħra tal-UE sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess spejjeż.

Il-Kummissjoni:

Il-leġiżlazzjoni tħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014 u (UE) Nru 652/2014 mill-.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mill-.

SFOND

Is-suq uniku huwa s-sinsla tal-ekonomija tal-UE. Huwa jikkontribwixxi għat-tkabbir, għall-kompetittività u għall-impjiegi, waqt li joffri aktar għażla u prezzijiet aktar baxxi lill-konsumaturi.

Il-programm għandu l-għan li jippermetti lill-pubbliku, lill-konsumaturi, lin-negozji u lill-awtoritajiet pubbliċi madwar l-Ewropa jieħdu vantaġġ sħiħ mill-opportunitajiet offruti.

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

  1. Entità ġuridika: individwu, kumpanija jew organizzazzjoni li għandhom drittijiet u obbligi legali.

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (UE) 2021/690 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- li jistabbilixxi programm għas-suq intern, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, għall-qasam tal-pjanti, l-annimali, l-ikel u l-għalf, u għall-istatistika Ewropea (Programm tas-Suq Uniku) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014 u (UE) Nru 652/2014 (ĠU L 153, , pp. 1-47)

l-aħħar aġġornament

Top