Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Ajru Uniku Ewropew — regoli tal-UE dwar servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru (sal-2026)

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 dwar il-provdiment ta’ servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Regolament (KE) Nru 550/2004 jistabbilixxi rekwiżiti g]all-provdiment sikur u effiċjenti ta’ servizzi tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru fl-Unjoni Ewropea (UE) bħala parti mill-inizjattiva tal-ajru uniku Ewropew1. Dan hu regolament vinkolanti, applikabbli għall-Istati Membri kollha tal-UE.

PUNTI EWLENIN

Ir-regolament jistabbilixxi l-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni tas-servizz tan-navigazzjoni tal-ajru li jridu jkunu adottati mill-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri. Ċertifikati, validi fl-Istati Membri kollha, jispeċifikaw id-drittijiet u obbligi tal-fornituri tas-servizz tan-navigazzjoni tal-ajru. Dan jinkludi aċċess għal servizzi għal utenti tal-ispazju tal-ajru 2 mingħajr diskriminazzjoni, u b’mod partikolari fir-rigward ta’ sikurezza, u l-possibbilità li joffru servizzi lil fornituri utenti tal-ispazju tal-ajru u ajruporti oħra fl-UE.

Ir-rekwiżiti għal ċertifikazzjoni

Dawn jinkludu:

  • kompetenza u adegwatezza;
  • sistemi għas-sikurezza u l-ġestjoni tal-kwalità;
  • sistemi ta’ rapportar u s-saħħa finanzjarja;
  • responsabbiltà, assigurazzjoni u sigurtà;
  • is-sjieda u l-istruttura organizzattiva, inkluża l-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess;
  • ir-riżorsi umani, inkluż l-għażla tal-persunal.

Awtoritajiet superviżorji nazzjonali

Awtoritajiet nazzjonali superviżorji fl-Istati Membri huma kull wieħed minnhom responsabbli biex jappuntaw detentur taċ-ċertifikat biex jipprovdi servizzi esklużivi tat-traffiku tal-ajru. Huma jiżguraw ukoll il-konformità għal blokok tal-ispazju tal-ajru taħt il-kontroll tagħhom. Dan iseħħ b’mod konġunt (jew bi qbil) jekk blokka testendi fuq aktar minn pajjiż wieħed, jew jekk detentur ta’ ċertifikat ikun jopera f’aktar minn pajjiż wieħed.

Jekk fornitur ma jissodisfax ir-rekwiżiti, l-awtoritajiet ikkonċernati jkunu jistgħu jieħdu azzjoni, inkluż li jirrevokaw iċ-ċertifikat. Imbagħad, l-awtoritajiet isiru responsabbli mill-iżgurar tal-kontinwità tas-servizz.

Blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali

Il-pajjiżi tal-UE u l-pajjiżi terzi, fejn xieraq, għandhom jiżguraw, permezz ta’ qbil reċiproku, l-implimentazzjoni tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali. Dawn għandu jkollhom il-kapaċità u l-effikaċja meħtieġa sabiex iżommu livell għoli ta’ sikurezza u impatt ambjentali mnaqqas. Koordinatur li jibblokkja s-sistema funzjonali tal-ispazju tal-ajru jista’ jkun maħtur mill-Kummissjoni Ewropea biex jassisti f’dan il-proċess.

L-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jinnominaw ukoll fornitur esklussiv ta’ servizzi meteoroloġiċi.

Għal traffiku tal-ajru ġenerali3, data operazzjonali fil-ħin reali tista’ tkun skambjata bejn fornituri tas-servizz tan-navigazzjoni tal-ajru, utenti tal-ispazju tal-ajru u ajruporti, biss biex jiffaċilitaw bżonnijiet operazzjonali. Jiġu stabbiliti ftehimiet bil-miktub approvati li jifformalizzaw l-arranġamenti ta’ ħidma bejn il-fornituri tas-servizzi u mal-awtoritajiet militari.

Ir-regolament jitlob li jkun hemm proċeduri ta’ kontabbiltà trasparenti u jippreskrivi linji gwida dettaljati għal ipprezzar ġust u trasparenti tas-servizzi ta’ navigazzjoni għall-utenti tal-ispazju tal-ajru.

Revoka

Regolament (KE) Nru 550/2004 ser ikun revokat u sostitwit bir-Regolament (UE) 2024/2803 (ara (s-sommarju) mit-.

MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mill-.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

  1. Ajru uniku Ewropew. Inizjattiva li bid-disinn, ġestjoni u regolament tal-ispazju tal-ajru tkun ikkoordinata madwar l-UE kollha.
  2. Utenti tal-ispazju tal-ajru. Operaturi ta’ ajruplani użati għat-traffiku ġenerali tal-ajru.
  3. Traffiku ġenerali tal-ajru. Titjiriet magħmula konformi mar-regoli u proċeduri tal-Organizzazzjoni għall-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali. Dawn jistgħu jinkludu xi titjiriet militari.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-forniment ta’ servizz) (ĠU L 96, , pp. 10–19).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 550/2004 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament .

Top