EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Karozzi aktar sikuri: ċinturini tas-sikurezza u sistemi ta' trażżin tat-tfal

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Regolament (KE) Nru 661/2009: approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom

SOMMARJU

X'JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

B'mod ġenerali jeħtieġ li l-partijiet u l-komponenti kollha ta' vettura b'mutur ikunu tat-tip approvat* qabel ma dawn jitpoġġew fuq is-suq tal-UE.

Dawn jinkludu ċinturini tas-sikurezza u sistemi ta' trażżin tat-tfal.

Dan jiżgura li l-manifatturi taċ-ċinturini tas-sikurezza u tas-sistemi tat-trażżin tat-tfal madwar l-UE kollha jissodisfaw l-istess standards tas-sikurezza.

PUNTI EWLENIN

Il-manifatturi jeħtieġu jiżguraw li l-vetturi kollha ġodda jiġu ddisinjati, mibnija u assemblati sabiex jimminimizzaw ir-riskju ta' korriment għall-okkupanti tal-vetturi u għal utenti tat-triq oħrajn.

Dan jinkludi sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati ta' vetturi, bħal:

ċintorini tas-sikurezza, u

Sistemi ta' ankraġġ ISOFIX u trażżin għat-tfal built-in. ISOFIX huwa standard tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni għas-sistemi ta' ankraġġ għal sits tas-sikurezza tat-tfal.

Ir-rekwiżiti tal-installazzjoni għal ċinturini tas-sikurezza u trażżin tat-tfal huwa rregolati minn regolamenti tal-armonizzazzjoni teknika globali tal-vetturi imfasslin mill-UNECE (Kummissjoni Ekonomija tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa):

Regolament Nru 16 (ċintorini tas-sikurezza, sistemi ta' trażżin, sistemi ta' trażżin tat-tfal u sistemi ta' trażżin tat-tfal ISOFIX)

Regolament Nru 44 (sistemi ta' trażżin tat-tfal)

Regolament Nru 129 (sistemi ta' trażżin tat-tfal imtejba - ECRS (enhanced child restraint systems))

Il-manifatturi jeħtieġu juru li ċ-ċintorini tas-sikurezza u s-sistemi tat-trażżin tat-tfal jikkonformaw ma' dawn ir-regolamenti tal-UNECE. Jekk jagħmlu dan, huma jiġu kkunsidrati li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament u b'hekk jikkwalifikaw għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE.

Ir-regoli u l-proċeduri fir-Regolament ġew emendati fl-2015, bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/166.

SFOND

Għal aktar tagħrif, ara l-Armonizzazzjoni teknika fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni Ewropea.

KELMIET EWLENIN

* Approvazzjoni tat-tip: dan ifisser li saru testijiet sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti regolatorji, tekniċi u tas-sikurezza ġew issodisfati.

ATT

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009

20.8.2009

ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1–24

L-emendi u l-korrezzjonijiet suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 661/2009 ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni kkonsolidata hija għal referenza biss.

ATTI RELATATI

Regolament Nru 16 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta': I. Iċ-ċinturini tas-sigurtà, is-sistemi ta’ trażżin, is-sistemi ta’ trażżin għat-tfal u s-sistemi ta’ trażżin għat-tfal ISOFIX għall-okkupanti ta’ vetturi motorizzati — II. Il-vetturi mgħammra biċ-ċinturini tas-sigurtà, tfakkira taċ-ċinturin tas-sigurtà, is-sistemi ta’ trażżin, is-sistemi ta’ trażżin għat-tfal u s-sistemi ta’ trażżin għat-tfal ISOFIX (ĠU L 233, 9.9.2011, p. 1–94)

Regolament Nru 44 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' apparat ta' trażżin għal okkupanti tfal ta' vetturi motorizzati (sistemi ta' trażżin tat-tfal) (ĠU L 330, 16.12.2005, p. 56–157)

Regolament Nru 129 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' Sistemi ta' Trażżin tat-Tfal imtejbin użati abbord vetturi motorizzati (ECRS) (ĠU L 97, 29.3.2014, p. 21–128)

l-aħħar aġġornament 20.10.2015

Top