This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Ir-Regolament (UE) 2025/2365 jistabbilixxi regoli madwar l-Unjoni Ewropea (UE) kollha biex progressivament jinkiseb telf żero ta’ pellets tal-plastik1 tul il-katina tal-provvista u b’hekk jitnaqqas it-tniġġis mill-mikroplastik. Dan jistabbilixxi obbligi għall-operaturi ekonomiċi, għat-trasportaturi u għall-atturi marittimi li jimmaniġġaw, jittrasportaw jew jibagħtu pellets tal-plastik fl-UE.
Il-pellets tal-plastik huma materjali tal-iffurmar ibbażati fuq il-polimeri użati biex isiru oġġetti tal-plastik. Meta jintilfu, isiru mikroplastiċi persistenti li jagħmlu ħsara lill-ekosistemi u jistgħu jaffettwaw is-saħħa tal-bniedem. It-telf tal-pellets huwa t-tielet l-akbar sors ta’ tniġġis mhux intenzjonat bil-mikroplastik fl-UE.
Ir-regolament japplika għal:
L-entitajiet koperti kollha jridu jipprevjenu, irażżnu u jnaddfu t-telf tal-pellets mingħajr dewmien, f’dik l-ordni ta’ prijorità, bl-użu ta’ prattiki ambjentalment sostenibbli.
L-ispedituri jridu jiżguraw imballaġġ b’saħħtu, jipprovdu informazzjoni dwar it-trasport u jissottomettu talbiet speċjali għall-istivar.
L-imballaġġ irid juri twissija u pittogramma.
L-operaturi tal-bastimenti, l-aġenti u l-kaptani jridu jipproteġu l-kontenituri tal-pellets u jistivawhom taħt il-gverta jew f’pożizzjonijiet imkennija.
Qabel l-immaniġġar jew it-trasport tal-pellets, l-operaturi u t-trasportaturi jridu jinnotifikaw lill-awtoritajiet nazzjonali dwar l-installazzjonijiet jew l-attivitajiet tat-trasport.
It-trasportaturi mhux tal-UE jridu jaħtru rappreżentant awtorizzat stabbilit f’mill-inqas Stat Membru wieħed tal-UE.
In-notifiki jridu jinżammu aġġornati, inkluż dwar l-għeluq jew il-bidliet fil-kwantitajiet immaniġġati.
Kull installazzjoni jrid ikollha pjan ta’ ġestjoni tar-riskju li jidentifika l-punti tat-tixrid2, it-telf stmat u deskrizzjoni tal-proċeduri u t-tagħmir għall-prevenzjoni, il-konteniment u t-tindif tat-tixrid, li jkunu xierqa għat-tip ta’ installazzjoni, bir-responsabbiltajiet assenjati. Il-pjanijiet iridu jiġu aġġornati regolarment u jistgħu jiġu riveduti fuq talba tal-awtoritajiet. L-operaturi jridu jżommu rekords dwar il-kwantitajiet immaniġġati u t-telf stmat għal 5 snin.
L-installazzjonijiet iridu jużaw imballaġġ xieraq, sistemi ta’ konteniment, protezzjoni tad-drenaġġ u tagħmir għat-tindif.
Meta 1 500 tunnellata jew aktar jiġu ttrattati kull sena f’installazzjonijiet li huma proprjetà ta’ intrapriżi kbar u medji, l-operaturi jridu wkoll:
It-trasportaturi bit-triq, bil-ferrovija u fuq passaġġi fuq l-ilma interni jridu jiżguraw li l-vetturi u l-kontejners ikunu mingħajr pellets qabel it-tluq, jagħlqu s-sistemi tat-tagħbija u tal-ħatt meta jitilqu mill-faċilitajiet u jillimitaw it-telf matul it-trasport u fil-punti tat-trasferiment bħall-portijiet jew it-terminals.
Il-konformità tintwera jew permezz ta’:
L-iskadenzi għaċ-ċertifikazzjoni jvarjaw skont id-daqs tal-intrapriża:
L-operaturi rreġistrati taħt l-iskema ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) tal-UE huma eżentati jekk il-verifikatur tagħhom ikun ikkonferma l-konformità mar-regolament. L-Istati Membri jistgħu bl-istess mod jeżentaw lill-operaturi li jużaw sistemi verifikati ekwivalenti meta l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tiġi kkonfermata u s-sistema tiġi rikonoxxuta.
L-Istati Membri jridu jżommu reġistri pubbliċi online tan-notifiki, tal-pjanijiet ta’ riskju, tal-awtodikjarazzjonijiet, taċ-ċertifikati u tal-permessi, filwaqt li jissalvagwardjaw id-dettalji kunfidenzjali.
L-awtoritajiet jridu jwettqu spezzjonijiet ibbażati fuq ir-riskju u jimponu penali proporzjonati u dissważivi, inklużi multi amministrattivi jew sanzjonijiet kriminali għal ksur serju.
L-individwi li jsofru ħsara għas-saħħa minħabba ksur huma intitolati jitolbu kumpens mill-parti responsabbli.
Il-Kummissjoni Ewropea se tiżviluppa u tagħmel disponibbli materjal ta’ sensibilizzazzjoni u taħriġ sas-.
L-Istati Membri jridu jiżguraw l-aċċess għall-informazzjoni u l-assistenza u jistgħu jipprovdu appoġġ finanzjarju u tekniku għal intrapriżi iżgħar, soġġett għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.
L-obbligi ewlenin stabbiliti fir-regolament se japplikaw mis-.
Xi dispożizzjonijiet ilhom japplikaw mis-, filwaqt li r-rekwiżiti għall-ispedituri u għat-trasport marittimu se japplikaw mis-.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Ir-Regolament (UE) 2025/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- dwar il-prevenzjoni tat-telf tal-pellets tal-plastik biex jitnaqqas it-tniġġis mill-mikroplastik (ĠU L, 2025/2365, ).
l-aħħar aġġornament