Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Ftehimiet ta’ riammissjoni bejn l-UE u ċerti pajjiżi terzi

SOMMARJU TA’:

Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar ir-riammissjoni kif ġej:

X’INHU L-GĦAN TA’ DAWN IL-FTEHIMIET U D-DEĊIŻJONIJIET?

  • Ir-riammissjoni taċ-ċittadini proprji ta’ pajjiż hija obbligu taħt id-dritt konswetudinarju internazzjonali. Biex jirritornaw persuni residenti illegalment fit-territorju tagħhom lill-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom, b’mod partikolari meta dawn il-persuni ma jkollhomx dokumenti ta’ identifikazzjoni validi, il-pajjiżi tal-UE jistrieħu fuq il-kooperazzjoni ta’ pajjiżi terzi biex jidentifikawhom, joħorġulhom dokumentazzjoni ġdida u jerġgħu jilqgħuhom lura.
  • Il-ftehimiet ta’ riammissjoni tal-UE jipprovdu qafas strutturat ta’ kooperazzjoni bejn il-pajjiżi tal-UE u pajjiżi terzi billi jistabbilixxu proċeduri rapidi u effettivi għall-identifikazzjoni, għall-ħruġ ta’ dokumentazzjoni ġdida u għar-ritorn ta’ persuni li joriġinaw minn waħda mill-partijiet, li jkunu residenti mingħajr awtorizzazzjoni fit-territorju tal-parti l-oħra.
  • Permezz tad-deċiżjonijiet tiegħu, il-Kunsill jikkonkludi l-ftehimiet f’isem l-UE.

PUNTI EWLENIN

Reċiproċità

  • Dawn il-ftehimiet joperaw fuq ir-reċiproċità. L-istess regoli japplikaw għaċ-ċittadini tal-UE, għaċ-ċittadini tal-parti l-oħra għall-ftehim u, taħt ċerti kundizzjonijiet, għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, jiġifieri persuni b’ċittadinanza differenti minn dik ta’ waħda mill-partijiet firmatarji jew persuni apolidi preżenti illegalment fil-pajjiż terz ikkonċernat.
  • Kif stabbilit fil-Protokoll 21 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), ir-Renju Unit u l-Irlanda jistgħu jagħżlu jekk jipparteċipawx f’dawn il-ftehimiet fuq bażi ta’ każ b’każ. Madankollu, skont il-Protokoll Nru 22 tat-TFUE, id-Danimarka għażlet li ma tipparteċipax fil-kooperazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni (li tagħmel parti minn dawn il-ftehimiet ta’ riammissjoni), bl-eċċezzjoni ta’ miżuri li jirrigwardaw l-acquis ta’ Schengen.

Ċittadini proprji

Il-ftehimiet kollha ta’ riammissjoni tal-UE jkopru proċeduri dettaljati għall-identifikazzjoni, għall-ħruġ ta’ dokumentazzjoni ġdida u għar-riammissjoni ta’ ċittadini preżenti illegalment fit-territorju tal-partijiet l-oħra. Ħafna mill-ftehimiet japplikaw ukoll, b’kundizzjonijiet differenti, għal:

  • tfal minorenni mhux miżżewġin ta’ tali persuni irrispettivament mill-post tat-twelid jew tan-nazzjonalità tagħhom;
  • konjuġi ta’ dawn il-persuni, ta’ nazzjonalità oħra;
  • dawk il-persuni residenti fl-UE li ma jkunx għad għandhom iċ-ċittadinanza tal-parti l-oħra kkonċernata.

Ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi

Il-ftehimiet ta’ riammissjoni tal-UE jkopru wkoll impenji u proċeduri għar-riammissjoni ta’ dawk iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu daħlu illegalment fit-territorju ta’ parti waħda wara li jkunu għaddew mit-territorju tal-parti l-oħra. Pereżempju, parti waħda jkollha terġa’ tilqa’ lura persuna li mhijiex ċittadina tagħha jekk dik il-persuna:

  • tkun daħlet illegalment u direttament fit-territorju ta’ parti waħda mill-parti l-oħra;
  • ikollha, fil-ħin tal-applikazzjoni għar-riammissjoni, permess ta’ residenza jew viża valida għall-pajjiż ikkonċernat.

Dan l-obbligu ma japplikax jekk il-persuna kkonċernata:

  • kienet biss fi tranżitu bl-ajru minn ajruport internazzjonali tal-parti kkonċernata;
  • tkun ingħatat viża jew permess ta’ residenza minn parti waħda sakemm:
    • ma tkunx ingħatat ukoll viża jew permess ta’ residenza mill-parti l-oħra li jkollu perjodu itwal ta’ validità; jew
    • il-viża jew il-permess ikun inkiseb bl-użu ta’ dokumenti foloz jew falsifikati; jew
    • il-kundizzjonijiet tal-viża ma jkunux ġew rispettati;
  • jkollha d-dritt taċċessa t-territorju tal-parti kkonċernata mingħajr viża.

Proċeduri

  • Il-parti li tkun tixtieq tirritorna persuna li ma tkunx fil-pussess ta’ dokumenti tal-identità validi tippreżenta talba ta’ riammissjoni lill-parti l-oħra kkonċernata li jkun fiha l-informazzjoni (inkluż l-isem, id-data tat-twelid, evidenza taċ-ċittadinanza) dettaljata fil-ftehim speċifiku.
  • Applikazzjonijiet għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi u għal persuni apolidi għandhom jiġu ppreżentati lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż ikkonċernat fi żmien perjodu speċifikat wara li l-parti tkun saret taf bis-sitwazzjoni illegali tal-persuna kkonċernata.
  • Tweġiba għal applikazzjoni ta’ riammissjoni għandha tasal f’perjodu speċifikat normalment fi żmien xahar. Skont il-proċedura aċċellerata, normalment it-tweġibiet iridu jaslu fi żmien ġimgħa. Għandhom jingħataw raġunijiet għal rifjut.
  • Ladarba l-parti tkun qablet dwar ir-riammissjoni, l-awtoritajiet tal-parti kkonċernata għandhom joħorġu dokument tal-ivvjaġġar, irrispettivament mix-xewqa tal-persuna.
  • Uħud mill-ftehimiet ikopru wkoll arranġamenti li għandhom isiru dwar l-operazzjoni ta’ ritorn jew fir-rigward tal-faċilitazzjoni tat-tranżitu għal persuni rimpatrijati f’pajjiżi terzi oħrajn (pereżempju, il-punt tad-dħul, skorti possibbli u informazzjoni oħra rilevanti għat-trasferiment).
  • Il-ftehimiet jelenkaw ukoll diversi mezzi ta’ evidenza biex tiġi stabbilita n-nazzjonalità ta’ persuna u d-dħul illegali tagħha fit-territorju tal-partijiet ikkonċernati.

MINN META JAPPLIKAW IL-FTEHIMIET U D-DEĊIŻJONIJIET?

AttData ta’ applikazzjoniData tad-dħul fis-seħħ
Ftehim mat-Turkija
Deċiżjoni li tikkonkludi l-ftehim
Ftehim mal-Ażerbajġan
Deċiżjoni li tikkonkludi l-ftehim
Ftehim mal-Armenja
Deċiżjoni li tikkonkludi l-ftehim
Ftehim ma’ Cape Verde
Deċiżjoni li tikkonkludi l-ftehim
Ftehim mal-Georgia
Deċiżjoni li tikkonkludi l-ftehim
Ftehim mal-Pakistan
Deċiżjoni li tikkonkludi l-ftehim
Ftehim mal-Ukrajna
Deċiżjoni li tikkonkludi l-ftehim
Ftehim mal-Moldova
Deċiżjoni li tikkonkludi l-ftehim
Ftehim mal-Maċedonja ta’ Fuq
Deċiżjoni li tikkonkludi l-ftehim
Ftehim mal-Montenegro
Deċiżjoni li tikkonkludi l-ftehim
Ftehim mas-Serbja
Deċiżjoni li tikkonkludi l-ftehim
Ftehim mal-Bożnja-Ħerzegovina
Deċiżjoni li tikkonkludi l-ftehim
Ftehim mar-Russja
Deċiżjoni li tikkonkludi l-ftehim
Ftehim mal-Albanija
Deċiżjoni li tikkonkludi l-ftehim
Ftehim mas-Sri Lanka
Deċiżjoni li tikkonkludi l-ftehim
Ftehim mal-Macao
Deċiżjoni li tikkonkludi l-ftehim
Ftehim ma’ Hong Kong
Deċiżjoni li tikkonkludi l-ftehim

SFOND

DOKUMENTI EWLENIN

L-Albanija

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Albanija dwar ir-riammissjoni ta’ persuni residenti mingħajr awtorizzazzjoni — Dikjarazzjonijiet (ĠU L 124, , pp. 22-40)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/809/KE tas- dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubbika tal-Albanija dwar ir-riammissjoni ta’ persuni residenti mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 304, , pp. 14-15)

L-Armenja

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 289, , pp. 13-29)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/629/UE tat- dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 289, , p. 12)

L-Ażerbajġan

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 128, , pp. 17-42)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/239/UE tal- dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 128, , pp. 15-16)

Il-Bożnija-Ħerzegovina

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Bożnja u Ħerzegovina dwar l-ammissjoni mill-ġdid ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni - Kopīgas deklarācijas (ĠU L 334, , pp. 66-83)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/820/KE tat- dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Bożnja u Ħerzegovina dwar ir-re-ammissjoni ta’ persuni residenti mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 334, , p. 65)

Cape Verde

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde dwar r-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 282, , pp. 15-34)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/522/UE tas- dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 282, , pp. 13-14)

Il-Georgia

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 52, , pp. 47-65)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/118/UE tat- dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 52, , pp. 45-46)

Hong Kong

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Reġjun Amministrat b’mod Speċjali tal-Hong Kong tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina fuq l-ammissjoni mill-ġdid ta’ persuni li jabitaw mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 17, , pp. 25-39)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/80/KE tas- dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Amministrazzjoni Speċjali tar-Reġjun ta’ Hong Kong fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar l-ammissjoni mill-ġdid ta’ persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 17, , pp. 23-24)

Il-Macao

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Makaw tal-Poplu tar-Repubblika taċ-Ċina fuq ir-riammissjoni tal-persuni residenti mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 143, , pp. 99-115)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/424/KE tal- dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Amministrazzjoni Speċjali tar-Reġjun tal-Makaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar l-ammissjoni mill-ġdid ta’ persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 143, , pp. 97-98)

Il-Moldova

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni - Deklarācijas (ĠU L 334, , pp. 149-167)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/826/KE tat- dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 334, , p. 148)

Il-Montenegro

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Montenegro dwar l-ammissjoni mill-ġdid ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni - Kopīgas deklarācijas (ĠU L 334, , pp. 26-44)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/818/KE tat- dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubbika tal-Montenegro dwar ir-re-ammissjoni ta’ persuni residenti mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 334, , p. 25)

Il-Maċedonja ta’ Fuq

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar l-ammissjoni mill-ġdid ta’ persuni residenti mingħajr awtorizzazzjoni - Kopīgas deklarācijas (ĠU L 334, , pp. 7-24)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/817/KE tat- dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar ir-reammissjoni ta’ persuni residenti mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 334, , pp. 1-2)

Il-Pakistan

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 287, , pp. 52-67)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/649/UE tas- dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 287, , pp. 50-51)

Ir-Russja

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar l-ammissjoni mill-ġdid - Kopīgas deklarācijas (ĠU L 129, , pp. 40-60)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/341/KE tad- dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar l-ammissjoni mill-ġdid (ĠU L 129, , pp. 38-39)

Is-Serbja

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Serbja dwar l-ammissjoni mill-ġdid ta’ persuni residenti mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 334, , pp. 46-64)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/819/KE tat- dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Serbja dwar ir-re-ammissjoni ta’ persuni residenti mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 334, , p. 45)

Is-Sri Lanka

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Sri Lanka dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni — Dikjarazzjonijiet (ĠU L 124, , pp. 43-60)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/372/KEtat- dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Soċjalista Demokratika tas-Sri Lanka dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 124, , pp. 41-42)

It-Turkija

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 134, , pp. 3-27)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/252/UE tal- dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 134, , pp. 1-2)

L-Ukrajna

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina dwar ir-riammissjoni ta’ persuni - Pielikumi - Deklarācija - Kopīgas deklarācijas (ĠU L 332, , pp. 48-65)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/839/KE tad- dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina dwar ir-riammissjoni tal-persuni (ĠU L 332, , pp. 46-47)

l-aħħar aġġornament

Top