This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Direttiva 2005/65/KE dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet
Id-Direttiva tapplika għan-nies, l-infrastruttura u t-tagħmir (inklużi l-mezzi tat-trasport) fil-portijiet u ż-żoni li jmissu magħhom.
Il-pajjiżi tal-UE għandhom japprovaw uffiċjal tas-sigurtà f’kull port.
Fejn possibbli kull port għandu jkollu uffiċjal tas-sigurtà tal-port differenti. Madankollu, jekk ikun meħtieġ, diversi portijiet jistgħu jaqsmu uffiċjal tas-sigurtà.
Dawn l-uffiċjali jaġixxu bħala l-punt ta’ kuntatt għal kwistjonijiet relatati ma’ kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-port u għandu jkollhom awtorità u għarfien lokali suffiċjenti biex jiżguraw u jikkoordinaw b’mod adegwat l-istabbiliment, l-aġġornament u s-segwitu tal-valutazzjonijiet tas-sigurtà tal-port u l-pjanijiet tas-sigurtà tal-port.
Il-pajjiżi tal-UE għandhom jiżguraw li l-valutazzjonijiet tas-sigurtà tal-portijiet u l-pjanijiet tas-sigurtà tal-portijiet jiġu riveduti kull darba li jseħħu bidliet rilevanti għas-sigurtà, u mill-inqas kull 5 snin.
Ilha tapplika mill- u kellha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE sal- .
Wara t-tifqigħa tal-COVID-19 u l-introduzzjoni ta’ miżuri biex tindirizza l-impatt tal-kriżi, il-Kummissjoni Ewropea adottat:
Id-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet (ĠU L 310, , pp. 28-39)
Emendi suċċessivi għad-Direttiva 2005/65/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.
l-aħħar aġġornament