Use quotation marks to search for an "exact phrase". Append an asterisk (*) to a search term to find variations of it (transp*, 32019R*). Use a question mark (?) instead of a single character in your search term to find variations of it (ca?e finds case, cane, care).
Dan jistabbilixxi parametri armonizzati biex tiġi ggarantita s-sikurezza tal-użu mill-ġdid tal-ilma fit-tisqija agrikola, bil-għan li jinkoraġġixxi din il-prattika u jgħin biex jiġu indirizzati n-nixfiet u l-istress fuq l-ilma.
Għandu wkoll l-ghan li jikkontribwixxi għall-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli tan-NU, b’mod partikolaril-għan 6 dwar id-disponibbiltà u l-ġestjoni sostenibbli tal-ilma u s-sanità għal kulħadd u l-għan 12 dwar il-konsum u l-produzzjoni sostenibbli.
PUNTI EWLENIN
Ir-regolament jistabbilixxi rekwiżiti minimi għall-kwalità u l-minotiraġġ tal-ilma flimkien ma’ regoli dwar il-ġestjoni tar-riskju, l-użu sikur tal-ilma reklamat għat-tisqija agrikola fil-kuntest tal-ġestjoni integrata tal-ilma.
il-pjan ta’ azzjoni tal-UE għall-ekonomija cirkolarital-2015, li impenja ruħu ghal sensiela ta’ miżuri biex jippromwovi l-użu tal-ilma mormi trattat u għal proposta legali li tistabbilixxi rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma.
Kamp ta’ applikazzjoni
Ir-regolament japplika kull meta l-ilma mormi urban itrattat jerġa’ jintuża, skont l-Artikolu 12 (1) tad-Direttiva 91/271/KEE dwar l-ilma urban mormi, għat-tisqija agrikola (ara s-sommarju).
Stat Membru tal-UE jista’ jiddeċiedi li mhuwiex xieraq li jerġa’ juża l-ilma għal tisqija agrikola f’wieħed jew aktar mid-distretti tal-baċin tax-xmara tiegħu jew f’partijiet minnhom, abbażi ta’ kriterji speċifiċi:
il-kundizzjonijiet ġeografiċi u klimatiċi tad-distrett jew partijiet minnu;
il-pressjonijiet fuq riżorsi oħra tal-ilma u l-istatus tagħhom;
il-pressjonijiet fuq il-korpi tal-ilma tal-wiċċ li fihom jintrema l-ilma urban mormi ttrattat u l-istatus tagħhom;
l-ispejjeż f’termini ambjentali u tar-riżorsi tal-ilma reklamat u ta’ riżorsi oħra tal-ilma.
Din id-deċiżjoni trid tkun debitament iġġustifikata u riveduta b’mod regolari biex tqis iċ-ċirkostanzi li qed jinbidlu, bħall-projezzjonijiet tat-tibdil fil-klima u l-istrateġiji nazzjonali għall-adattament għat-tibdil fil-klima, flimkien mal-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-baċir tax-xmara mfassla skont id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (Direttiva 2000/60/KE — ara s-sommarju).
Ir-regolament jippermetti eżenzjonijiet limitati fiż-żmien mir-regoli għar-riċerka jew proġetti pilota, soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet.
Il-kwalità tal-ilma reklamat
L-operatur tal-faċilità ta’ reklamazzjoni jrid jiżgura li l-ilma reklamat maħsub għall-irrigazzjoni agrikola jkun konformi ma’:
ir-rekwiżiti minimi għall-kwalità tal-ilma stabbiliti fl-Anness 1 tar-regolament, li jkopru elementi mikrobijoloġiċi (bħal-livelli tal-batterji Enzilo coli) u r-rekwiżiti għall-monitoraġġ ta’ rutina u ta’ validazzjoni;
kwalunkwe kundizzjoni addizzjonali li tikkonċerna l-kwalità tal-ilma stabbilita mill-awtorità rilevanti fil-permess rilevanti maħruġ.
Il-ġestjoni tar-riskju
L-awtorità nazzjonali rilevanti trid tiżgura li jitfassal pjan għall-ġestjoni tar-riskju tal-użu mill-ġdid tal-ilma għall-produzzjoni, il-provvista u l-użu tal-ilma reklamat.
Il-pjan għall-ġestjoni tar-riskju tal-użu tal-ilma jista’ jitfassal mill-operatur tal-faċilità ta’ reklamazzjoni, minn partijiet oħra fil-proġett tal-użu mill-ġdid tal-ilma jew mill-utenti finali, kif xieraq, u jrid jidentifika r-responsabbiltajiet tal-ġestjoni tar-riskju tal-partijiet kollha fil-proġett tal-użu mill-ġdid tal-ilma.
Din trid, b’mod partikolari, tistabbilixxi kwalunkwe rekwiżit addizzjonali dwar il-kwalità tal-ilma, tidentifika miżuri preventivi u/jew korrettivi xierqa u tidentifika kwalunkwe ostaklu jew miżura addizzjonali biex tiġi żgurata s-sikurezza tas-sistema.
L-obbligi rigward il-permess
Il-produzzjoni u l-provvista ta’ ilma reklamat għat-tisqija agrikola jirrikjedu permess.
Il-partijiet ikkonċernati jridu jressqu applikazzjoni lill-awtorità nazzjonali rilevanti.
Il-permess jistabbilixxi l-obbligi tal-operatur tal-faċilità ta’ reklamazzjoni u, fejn rilevanti, ta’ partijiet oħra involuti fis-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma, li huma bbażati fuq il-pjan għall-ġestjoni tar-riskju. Huma jridu jispeċifikaw għadd ta’ elementi, li jinkludu:
il-klassi jew klassijiet ta’ kwalità tal-ilma reklamat u l-użu agrikolu li għalih huwa permess l-ilma reklamat, il-post tal-użu, il-faċilitajiet ta’ reklamazzjoni u l-volum stmat ta’ kull sena tal-ilma reklamat li għandu jiġi prodott;
il-kundizzjonijiet relatati mar-rekwiżiti minimi għall-kwalità u l-monitoraġġ tal-ilma;
il-kundizzjonijiet relatati mar-rekwiżiti addizzjonali għall-operatur tal-faċilità ta’ reklamazzjoni, stabbiliti fil-pjan għall-ġestjoni tar-riskju tal-użu mill-ġdid tal-ilma;
kwalunkwe kundizzjoni oħra meħtieġa biex jiġi eliminat kwalunkwe riskju inaċċettabbli għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali;
il-perjodu ta’ validità tal-permess;
il-punt ta’ konformità.
Il-permessi jridu jiġu riveduti u aġġornati b’mod regolari fejn meħtieġ, u tal-anqas meta jkun hemm bidliet sinifikanti fil-processi ta’ trattament jew fil-kundizzjonijiet tas-sit.
Kontrolli tal-konformità
L-awtorità nazzjonali rilevanti trid tivverifika l-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-permess. Dan jista’ jsir billi:
jitwettqu kontrolli fuq il-post;
Iseħħ monitoraġġ tad-data miksuba, b’mod partikolari skont dan ir-regolament;
kwalunkwe mezz adegwat ieħor.
Ir-regolament jistabbilixxi wkoll il-miżuri li għandhom jittieħdu fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità.
L-awtorità nazzjonali rilevanti trid ukoll tivverifika b’mod regolari l-konformità mal-pjanijiet tal-ġestjoni tar-riskju.
It-trasparenza u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni
Iridu jiġu stabbiliti punti ta’ kuntatt nazzjonali biex fejn meħtieġ jiffaċilitaw il-koordinazzjoni transfruntiera.
Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, ir-regolament jistabbilixxi wkoll regoli dwar:
is-sensibilizzazzjoni;
l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-pubbliku;
l-informazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni.
Il-Kummissjoni se tagħmel evalwazzjoni tar-regolament sas-.
Linji Gwida
Il-Kummissjoni ppubblikat linji gwida biex tgħin lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati japplikaw ir-regoli dwar l-użu mill-ġdid tal-ilma. Il-linji gwida huma kkomplementati minn diversi eżempji prattiċi biex jiffaċilitaw l-applikazzjoni tar-regoli.
Ir-Regolament (UE) 2020/741 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma (ĠU L 177, , pp. 32-55).
DOKUMENTI RELATATI
Avviż tal-Kummissjoni Linji gwida għall-appoġġ tal-applikazzjoni tar-Regolament 2020/741 dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma (2022/C 298/01 (ĠU L 298, , pp. 1-55).
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — L-għeluq taċ-ċirku — Pjan ta’ azzjoni tal-UE għal ekonomija ċirkolari (COM (2015) 614 final, ).
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Pjan ta’ Azzjoni biex Jissalvagwardja r-Riżorsi tal-Ilma tal-Ewropa (COM (2012) 673 final, ).
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Li tindirizza l-isfida tal-iskarsezza tal-ilma u l-perjodi ta’ nixfa fl-Unjoni Ewropea (COM (2007) 414 final,).
Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (, pp. 1-54). Test ippubblikat mill-ġdid fir-rettifika (ĠU L 226, , pp. 3-21).
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 852/2004 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, , pp. 1-73).