Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Id-demm uman u l-komponenti tad-demm — inżommu l-istandards (sal-2027)

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 2002/98/KE li tistabbilixxi standards ta’ kwalità u sigurtà għall-ġbir, l-ittestjar, l-iproċessar, il-ħażna u t-tqassim ta’ demm tal-bniedem u komponenti tad-demm

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

  • Id-Direttiva 2002/98/KE tistabbilixxi l-istandards tal-kwalità u s-sigurtà għad-demm uman u l-komponenti tiegħu biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa.
  • Id-direttiva tkopri l-ġbir tad-demm u l-ittestjar u l-ipproċessar, il-ħażna u t-tqassim tiegħu meta jintuża fi trasfużjonijiet.

PUNTI EWLENIN

L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE) għandhom jassiguraw li:

  • id-demm jinġabar u jiġi ttestjat biss minn stabbilimenti maħtura, awtorizzati, akkreditati jew liċenzjati b’persunal kwalifikat kif adattat;
  • l-istabbilimenti jkollhom fis-seħħ sistemi ta’ kwalità, iżommu d-dokumentazzjoni meħtieġa dwar il-proċeduri operattivi u l-linji gwida u jiġu spezzjonati mill-inqas darba kull sentejn;
  • id-demm u l-komponenti tad-demm jistgħu jiġu traċċati minn donatur għal riċevitur u viċe versa u d-dejta tinżamm għal mill-inqas 30 sena.
  • kwalunkwe avveniment avvers serju li jirriżulta minn aċċidenti jew żbalji jiġi notifikat lill-awtorità kompetenti;
  • id-donaturi prospettivi tad-demm jingħataw informazzjoni adegwata, bħad-dettalji tal-proċedura involuta u l-opportunità li jibdlu fehemthom u jridu jipprovdu dejta personali bħall-istorja ta’ saħħithom;
  • il-miżuri meħtieġa jittieħdu biex jinkoraġġixxu donazzjonijiet tad-demm volontarji u bla ħlas;
  • id-dejta miġbura, inkluż l-informazzjoni dwar il-ġenetika, jinżammu anonimi sabiex id-donatur ma jkunx identifikat;
  • kull 3 snin jintbagħat rapport dwar id-donazzjoni tad-demm lill-Kummissjoni.

Fl-aħħar nett, l-istabbilimenti tad-demm iridu jevalwaw lid-donaturi kollha tad-demm, jittestjaw kull donazzjoni (biex jiċċekkjaw jekk id-donatur għandux l-epatite B jew Ċ pereżempju) u jiżguraw il-ħażna, it-trasport u t-tqassim kif suppost tad-demm donat.

Revoka

Id-Direttiva 2002/98/KE se tiġi mħassra u sostitwita mir-Regolament (UE) 2024/1938 (ara s-sommarju) mis-.

MINN META JAPPLIKAW IR-REGOLI?

Id-Direttiva 2002/98/KE kellha tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali u tapplika r-regoli sat-. Dawn ir-regoli daħlu fis-seħħ fl-istess jum.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT PRINĊIPALI

Id-Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- li tistabbilixxi standards ta’ kwalità u sigurtà għall-ġbir, l-ittestjar, l-iproċessar, il-ħażna u t-tqassim ta’ demm tal-bniedem u komponenti tad-demm u li temenda d-Direttiva 2001/83/KE (ĠU L 33, , pp. 30–40).

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2002/98/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament

Top