Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea
SOMMARJU TA’:
Ftehim Qafas bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Korea, min-naħa l-oħra
Id-Deċiżjoni 2013/40/UE — iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim Qafas bejn l-UE u l-pajjiżi tal-UE, minn naħa waħda, u l-Korea ta’ Isfel, min-naħa l-oħra, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra
Id-Deċiżjoni 2014/278/UE — konklużjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-UE u l-pajjiżi tal-UE, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, bl-eċċezzjoni ta’ kwistjonijiet relatati mar-riammissjoni
Id-Deċiżjoni 2014/279/UE — konklużjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-UE u l-pajjiżi tal-UE, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mar-riammissjoni
X’INHU L-GĦAN TAL-FTEHIM U D-DEĊIŻJONIJIET?
- Il-ftehim jipprovdi bażi għal kooperazzjoni ekonomika u politika msaħħa bejn l-UE u l-Korea t’Isfel b’għadd ta’ għanijiet inklużi:
- li jaqblu fuq viżjoni futura li ssaħħaħ is-sħubija u proġetti konġunti biex jimplimentaw il-viżjoni;
- li jrawwmu kooperazzjoni ekonomika f’oqsma ta’ interess reċiproku;
- li jgħollu r-rwoli u l-profili taż-żewġ partijiet fir-reġjuni ta’ xulxin;
- Id-Deċiżjoni 2013/40/UE timmarka l-iffirmar tal-ftehim, filqaqt li d-deċiżjonijiet 2014/278/UE u 2014/279/UE jikkonkludu l-ftehim f’isem l-UE.
- Id-Deċiżjoni 2014/279/UE tirrelata esklussivament għar-riammissjoni jiġifieri l-obbligi u l-proċeduri għall-awtoritajiet tal-Korea t’Isfel u l-pajjiżi tal-UE dwar meta u kif jieħdu lura nies li qed jgħixu b’mod irregolari fil-pajjiżi rispettivi tagħhom.
PUNTI EWLENIN
Il-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Korea t’Isfel hija bbażata fuq diversi prinċipji inkluż ir-rabta ma’:
Oqsma ta’ kooperazzjoni
Il-partijiet qablu wkoll li jiżviluppaw kooperazzjoni u djalogu fl-oqsma kollha ta’ interess komuni imma mingħajr konċentrazzjoni partikolari fuq oqsma speċifiċi:
1.
Djalogu u kooperazzjoni politika dwar kwistjonijiet bħal:
- id-drittijiet tal-bniedem;
- in-non-proliferazzjoni ta’ armi tal-qerda tal-massa;
- il-ġlieda kontra t-terroriżmu; u
- il-parteċipazzjoni f’organizzazzjoni reġjonali u internazzjonali.
2.
Żvilupp ekonomiku fuq kwistjonijiet bħal:
- oqsma relatati mal-kummerċ u l-investiment ta’ interess reċiproku;
- il-kooperazzjoni ekonomika;
- it-tassazzjoni;
- dwana;
- is-soċjetà tal-informazzjoni;
- it-trasport; u
- l-enerġija.
3.
Żvilupp sostenibbli fuq kwistjonijiet bħal:
- is-saħħa;
- l-impjiegi u l-affarijiet soċjali;
- l-ambjent u l-bidla fil-klima; u
- l-agrikoltura u s-sajd.
4.
Kultura u edukazzjoni dwar kwistjonijiet bħal:
- il-midja awdjoviżiva; u
- informatika u komunikazzjoni.
5.
Ġustizzja, libertà u sigurtà dwar kwistjonijiet bħal:
- il-protezzjoni tad-data personali;
- il-kooperazzjoni legali;
- il-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni;
- il-ħasil tal-flus u l-iffinanzjament tat-terroriżmu; u
- il-ġlieda kontra d-drogi illeċiti;
6.
Oqsma oħra bħal:
- it-turiżmu;
- is-soċjetà ċivili; u
- l-amministrazzjoni pubblika.
Superviżjoni
Il-ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt li jinkludi rappreżentanti tal-membri tal-Kunsill tal-UE u tal-Kummissjoni Ewropea flimkien ma’ rappreżentanti tal-Korea t’Isfel. Huwa inkarigat li jiżgura li l-ftehim jiffunzjona b’mod effettiv.
DATA TA’ DĦUL FIS-SEĦĦ
Il-ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2014.
SFOND
DOKUMENTI EWLENIN
Il-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (OJ L 20, 23.1.2013, pp. 2-24)
Deċiżjoni tal-Kunsill2013/40/UE tal-10 ta’ Mejju 2010 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (ĠU L 20, 23.1.2013, pp. 1-24)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/278/UE tat-12 ta’ Mejju 2014 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, bl-eċċezzjoni ta’ kwistjonijiet relatati għar-riammissjoni (ĠU L 145, 16.5.2014, pp. 1-2)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/279/UE tat-12 ta’ Mejju 2014 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ riammissjoni (ĠU L 145, 16.5.2014, pp. 3-4)
l-aħħar aġġornament 15.07.2020