Scegli le funzioni sperimentali da provare

Questo documento è un estratto del sito web EUR-Lex.

Programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà 2021-2027

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) 2021/888 li jistabbilixxi l-programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Il-programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà (KES) għandu l-għan li jsaħħaħ is-sehem taż-żgħażagħ u tal-organizzazzjonijiet f’attivitajiet ta’ solidarjetà1 li huma aċċessibbli u ta’ kwalità għolja, primarjament tagħmel volontarjat bħala mezz kif issaħħaħ il-koeżjoni, is-solidarjetà, id-demokrazija, l-identità Ewropea u ċ-ċittadinanza attiva fl-Unjoni Ewropea (UE) u lil hinn minnha.

PUNTI EWLENIN

Għan speċifiku

Il-programm tal-KES għandu l-għan li jipprovdi liż-żgħażagħ, inklużi dawk b’anqas opportunitajiet, b’opportunitajiet faċilment aċċessibbli għall-involviment f’attivitajiet ta’ solidarjetà li jħeġġu bidliet soċjetali pożittivi fl-UE u lil hinn minnha, filwaqt li jtejbu u jivvalidaw b’mod xieraq il-kompetenzi tagħhom, u jiffaċilitaw l-involviment kontinwu tagħhom bħala ċittadini attivi.

Linji ta’ azzjoni

Il-programm jistabbilixxi żewġ linji ta’ azzjoni għall-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ.

  • Il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fl-attivitajiet ta’ solidarjetà. L-azzjonijiet taħt din il-linja tinkludi proġetti ta’ volontarjat u solidarjetà.
  • Il-Korp Volontarju Ewropew ta’ Għajnuna Umanitarja. Azzjonijiet taħt din il-linja jinkludi l-volontarjat u jeħtieġ li jikkontribwixxu għall-provvediment ta’ għajnuna umanitarja bbażata fuq il-bżonnijiet immirata biex tippreserva l-ħajja, il-prevenzjoni u t-taffija tat-tbatija tal-bniedem u ż-żamma tad-dinjità tal-bniedem, filwaqt li ssaħħaħ ukoll il-kapaċità u r-reżiljenza ta’ komunitajiet vunerabbli jew affettwati minn diżastru.

Iż-żewġ linji tal-programm jinkludu wkoll l-attivitajiet ta’ networking u miżuri ta’ kwalità u ta’ għajnuna.

Il-programm se jiġi implimentat permezz ta’ programmi ta’ ħidma adottati mill-Kummissjoni Ewropea permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.

Parteċipazzjoni

  • Il-KES joffri attivitajiet volontarji liż-żgħażagħ bejn it-18 u t-30 sena. Il-limitu massimu tal-età għall-voluntiera fil-qasam tal-għajnuna umanitarja huwa ta’ 35 sena, bil-possibbiltà li jimpjegaw esperti u kowċis mingħajr limitu massimu tal-età.
  • Il-proġetti jistgħu jdumu sa 36- xahar u jinkludu attività jew iktar ta’ għajnuna li jseħħu simultanjament jew wara xulxin.
  • Il-programm jippermetti liż-żgħażagħ li jipparteċipaw f’iktar minn proġett wieħed, sakemm iż-żmien totali tal-attività tagħhhom appoġġjat mil-programm ma jkunx aktar minn 12-il xahar.
  • Iż-żgħażagħ jistgħu jgħaddu mill-proċess tal-“Youthpass” u jakkwistaw ċertifikat meta jtemmu l-esperjenza, jispjegaw l-attivitajiet fejn ipparteċipaw, jirriflettu dwar il-proċess tat-tagħlim tal-parteċipanti u jiddokumentaw il-ħiliet li akkwistaw permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom.

Baġit

  • Il-programm jibda mill- sal-, it-tul tal-qafas finanzjarju pluriennali.
  • Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-programm għall-2021-2027 huwa ffissat għal €1,009 biljun bil-prezzijiet preżenti.
  • B’massimu ta’ 20% allokat għall-volontarjat nazzjonali, l-ammont jinqasam kif ġej:
    • 94% għal proġetti ta’ volontarjat u solidarjetà;
    • 6% għall-volontarjat taħt il-Korp Volontarju Ewropew ta’ Għajnuna Umanitarja.

Miżuri ta’ inklużjoni

Fl-2021, il-Kummissjoni Ewropea adottat att ta’ implimentazzjoni mmirat lejn parteċipazzjoni aktar inklużiva u varjata fil-KES għall-perjodu 2021–2027. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1877 se tippermetti lil aktar persuni jivvolontarjaw f’pajjiż ieħor billi jilħaq numru dejjem iktar ta’ persuni b’inqas opportunitajiet, u b’hekk itejbu l-ekwità u l-inklużjoni fil-programm. Il-miżuri jinkludu:

  • appoġġ finanzjarju akbar għal persuni b’inqas opportunitajiet, bil-għan li jkopru kwalunkwe spiża jew ħtieġa addizzjonali;
  • għajnuna personali għall-parteċipanti permezz tal-fażijiet kollha tal-proġett tagħhom, bħal għajnuna lingwistika, żjarat ta’ preparazzjoni u gwida fit-taħriġ qabel, waqt u wara l-proġett jew mobilità tagħhom biex jassiguraw li jakkwistaw kemm jista’ jkun mill-esperjenza tagħhom;
  • għajnuna addizzjonali għall-organizzazzjonijiet li jipparteċipaw fi proġetti inklużivi;
  • firxa usa’ ta’ opportunitajiet ta’ proġetti u mobbiltà ta’ durata u formati differenti (virtwali jew fiżiċi, individwali jew fi grupp) biex il-parteċipanti jkunu jistgħu jsibu liema huma dawk li jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom l-aħjar;
  • li jagħtu prijorità lil proġetti ta’ kwalità li jinvolvu parteċipanti b’inqas opportunitajiet u li jindirizzaw it-temi tal-inklużjoni u tad-diversità;
  • id-disponibbiltà ta’ dokumenti u materjali aktar faċli għall-utent, aċċessibbli u multilingwi.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mill-.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

  1. Attivitajiet ta’ solidarjetà. Attività ta’ kwalità għolja, inklussiva li tieħu l-forma ta’ volontarjat, proġett ta’ solidarjetà jew attività ta’ networking f’qasam wieħed jew iktar, inkluż fil-qasam tal-għajnuna umanitarja, li tindirizza sfidi importanti għas-soċjetà, tikkontribwixxi għall-kisba tal-oġġettivi tal-programm, tiġġenera valur miżjud Ewropew, tikkonforma mar-regolamenti okkupazzjonali ta’ saħħa u sigurtà u ssegwi r-regoli rilevanti ta’ sigurtà.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Ir-Regolament (UE) 2021/888 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- li jistabbilixxi l-programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 2018/1475 u (UE) Nru 375/2014 (ĠU L 202, , pp. 32-54).

l-aħħar aġġornament

In alto