Use quotation marks to search for an "exact phrase". Append an asterisk (*) to a search term to find variations of it (transp*, 32019R*). Use a question mark (?) instead of a single character in your search term to find variations of it (ca?e finds case, cane, care).
Dan jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) għall-perjodu 2014-2020. Il-FEŻR għandu l-għan li jippromwovi l-iżvilupp sostenibbli armonjuż, ibbilanċjat u sostenibbli tal-UE billi jikkoreġi wħud mid-differenzi fil-livelli ta’ żvilupp bejn ir-reġjuni tagħha.
Ir-regolament ġie emendat tliet darbiet permezz ta’:
ir-Regolament emendatorju (UE, Euratom)2018/1046 — ir-regolament finanzjarju (ara s-sommarju) li jistabbilixxi r-regoli għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE; u
r-Regolament emendatorju (EU) 2020/460, adottat wara t-tifqigħa tal-COVID-19, li fih miżuri speċifiċi biex jiġu mmobilizzati investimenti fis-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-pajjiżi tal-UE u f’setturi oħra tal-ekonomiji tagħhom (Inizjattiva ta’ Investiment b’Reazzjoni għall-Coronavirus), u
il-promozzjoni ta’ ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju.
Tipi ta’ investiment
f’SMEs sabiex jinħolqu u jiġu ssalvagwardjati impjiegi sostenibbli,
fit-tipi kollha ta’ intrapriżi fl-oqsma tal-innovazzjoni u r-riċerka, l-ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, kif ukoll l-ICT fejn l-SMEs huma involuti,
fl-infrastruttura li tipprovdi servizzi bażiċi fl-enerġija, l-ambjent, it-trasport, u l-ICT, iżda wkoll fl-infrastruttura soċjali, tas-saħħa u tal-edukazzjoni,
fil-kapital operatorju fl-SMEs fejn meħtieġ bħala miżura temporanja biex jingħata rispons għal kriżi tas-saħħa pubblika (wara t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19), u
fl-iżvilupp tal-potenzjal endoġenu.
Baġit ġenerali
Il-baġit għall-2014-2020 huwa ta’ aktar minn €185 biljun.
Prijoritajiet ta’ politika u tal-baġit
L-4 temi prinċipali elenkati hawn fuq huma sinifikanti għall-allokazzjoni tal-fondi tal-FEŻR li jvarjaw skont il-kategorija tar-reġjun.
Ir-reġjuni huma definiti skont il-PDG tagħhom espress bħala perċentwal tal-medja tal-UE:
reġjuni aktar żviluppati: PDG aktar minn 90 %
reġjuni fi tranżizzjoni: PDG 75 %-90 %
reġjuni inqas żviluppati: PDG inqas minn 75 %
F’reġjuni aktar żviluppati (reġjuni fi tranżizzjoni), (reġjuni inqas żviluppati), mill-inqas 80 % (60 %) (50 %) tal-fondi totali tal-FEŻR f’kull pajjiżi għandhom ikunu allokati lil 2 temi prinċipali jew aktar mill-4 temi prinċipali, jiġifieri innovazzjoni u riċerka, SMEs, ICT u ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju; minħabba l-importanza tagħha, mill-inqas 20 % (15 %) (12 %) tal-fondi totali tal-FEŻR f’kull pajjiż għandhom ikunu mmirati lejn proġetti ta’ ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju.
Ammont minimu ta’ 5 % tal-fondi tal-FEŻR huma allokati għal żvilupp urban sostenibbli. Għandu jiġi stabbilit netwerk għall-iżvilupp urban fuq livell tal-UE sabiex jippromwovi skambju ta’ esperjenza dwar żvilupp urban sostenibbli.
Implimentazzjoni
Il-FEŻR huwa implimentat fil-livell nazzjonali permezz ta’ programmi ta’ 7 snin bħala parti minn Ftehim ta’ Sħubija bejn il-pajjiż tal-UE u l-UE li jinvolvi l-5 Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (Fondi SIE):
Dan il-ftehim huwa ppreparat minn kull pajjiż tal-UE bl-involviment ta’ imsieħba li jirrappreżentaw awtoritajiet pubbliċi reġjonali u lokali, kif ukoll firxa wiesgħa ta’ interessi soċjali, ekonomiċi, ambjentali u oħrajn.
Inizjattiva ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus
L-Inizjattiva ta’ Investiment Kontra l-Coronavirus, introdotta bir-Regolament (UE) 2020/460, toffri lill-pajjiżi tal-UE aċċess għal €37 biljun mill-Fondi SIE biex isaħħu s-sistemi tas-saħħa u jappoġġjaw intrapriżi żgħar u medji, skemi ta’ xogħol għal żmien qasir u servizzi bbażati fil-komunità.
Miżuri speċjali għall-Coronavirus: aktar flessibilità fl-użu tal-fond SIE
Ir-Regolament Emendatorju (UE) 2020/558 jippermetti lill-pajjiżi tal-UE jittrasferixxu r-riżorsi bejn il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni, bejn il-kategoriji differenti ta’ reġjuni u bejn l-oqsma prijoritarji speċifiċi tat-3 fondi.
Mill- sat-, programmi ta’ politika ta’ koeżjoni relatati mal-COVID-19 jistgħu jiġu ffinanzjati eċċezzjonalment permezz ta’ 100 % finanzjament mill-UE matul is-sena ta’ kontabilistà. Il-miżuri jissimplifikaw ukoll l-approvazzjoni tal-programm biex iħaffu l-implimentazzjoni, jagħmlu l-istrumenti finanzjarji aktar faċli biex jintużaw u jissimplifikaw il-verifiki.
Ir-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 (ĠU L 347, , p. 289-302)
L-emenda suċċessiva għar-Regolament (KE) Nru 1301/2013 ġiet inkorporata fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
DOKUMENTI RELATATI
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2056 tat- li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 522/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dettaljati dwar il-prinċipji għall-għażla u l-ġestjoni ta’ azzjonijiet innovattivi fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli li għandhom jiġu appoġġati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ĠU L 294, , p. 26)
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 522/2014 tal- li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dettaljati dwar il-prinċipji għall-għażla u l-ġestjoni ta’ azzjonijiet innovattivi fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli li għandhom jiġu appoġġati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ĠU L 148, , pp. 1-3)
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/99/UE tat- li tistabbilixxi l-lista ta’ reġjuni eliġibbli għal finanzjament mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Soċjali Ewropew u ta’ Stati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni għall-perjodu 2014-2020 (ĠU L 50, , p. 22-34)