Use quotation marks to search for an "exact phrase". Append an asterisk (*) to a search term to find variations of it (transp*, 32019R*). Use a question mark (?) instead of a single character in your search term to find variations of it (ca?e finds case, cane, care).
Din tistabbilixxi l-prijoritajiet ewlenin biex tiġi żgurata s-sigurtà fiżika u diġitali tal-Unjoni Ewropea (UE) u ċ-ċittadini tagħha matul il-5 snin li ġejjin.
Huwa jikkonċentra fuq prijoritajiet u azzjonijiet fejn l-UE tista’ żżid il-valur biex tappoġġja lill-pajjiżi tal-UE fit-trawwim tas-sigurtà għal dawk kollha li jgħixu fl-Ewropa.
PUNTI EWLENIN
Is-sigurtà hija kwistjoni li taffettwa l-oqsma kollha tal-ħajja. Għal din ir-raġuni, l-UE ddeċidiet li tieħu approċċ olistiku għas-sigurtà. Din il-komunikazzjoni tipprovdi qafas ġenerali għall-appoġġ tal-politiki nazzjonali billi tantiċipa u tindirizza t-theddid li qed jevolvi kemm jekk ikunu online/offline, diġitali/fiżiċi jew interni/esterni.
L-iżgurar ta’ ambjent ta’ sigurtà li jkun reżistenti għall-futur għall-individwi
L-infrastrutturi kritiċi1 li nużaw fil-ħajja tagħna ta’ kuljum għandhom ikunu sikuri u reżiljenti u t-teknoloġiji li niddependu fuqhom għandhom jiġu protetti minn attakki ċibernetiċi dejjem aktar sofistikati, kemm jekk minn ġewwa kif ukoll jekk minn barra l-UE.
L-azzjonijiet ewlenin li għandhom jittieħdu se jinkludu:
it-tisħiħ tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-infrastrutturi kritiċi (id-Direttiva 2008/114/KE — ara s-sommarju) u dwar is-sistemi ta’ informazzjoni tan-network (id-Direttiva (UE) 2016/1148 — ara s-sommarju);
il-ħolqien ta’ strateġija taċ-ċibersigurtà tal-UE u ta’ unità ċibernetika konġunta tal-UE;
l-inkoraġġiment ta’ kooperazzjoni aktar b’saħħitha dwar il-protezzjoni tal-ispazji pubbliċi u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattika dwar l-użu ħażin tad-drones.
L-indirizzar tat-theddid li qed jevolvi
Din il-prijorità tkopri aspetti bħaċ-ċiberkriminalità (eż. serq ta’ identità jew serq tad-data tan-negozju), kontenut illegali online (abbuż sesswali tat-tfal jew inċitament għall-mibegħda jew it-terroriżmu) u t-theddid ibridu (kombinazzjonijiet ta’ attivitajiet konvenzjonali/mhux konvenzjonali u militari/mhux militari).
Il-protezzjoni tal-Ewropej mit-terroriżmu u l-kriminalità organizzata
L-istrateġija tenfasizza l-mod kif it-terroriżmu u r-radikaliżmu jiswew il-ħajjiet u jiddestabbilizzaw is-soċjetà u l-fatt li l-kriminalità organizzata hija responsabbli għal telf ekonomiku ta’ bejn EUR 218 u EUR 282 biljun kull sena.
Azzjonijiet li jridu jittieħdu jinkludu:
l-iżvilupp ta’ aġenda kontra t-terroriżmu u inizjattivi aktar b’saħħithom kontra r-radikalizzazzjoni;
aktar kooperazzjoni ma’ pajjiżi mhux tal-UE u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali;
ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-iffriżar u l-konfiska tal-assi (ir-Regolament (UE) 2018/1805 – ara s-sommarju), dwar l-uffiċċji għall-irkupru tal-assi (id-Deċiżjoni 2007/845/ĠAI – ara s-sommarju) u dwar ir-reat ambjentali (id-Direttiva 2008/99/KE – ara s-sommarju).
L-iżvilupp ta’ ekosistema Ewropea tas-sigurtà b’saħħitha
Prijorità kollettiva għall-gvernijiet tal-UE, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, in-negozji, l-NGOs u l-individwi hija li jiġġieldu l-kriminalità u jippromwovu l-ġustizzja billi jikkooperaw aktar mill-qrib u jaqsmu l-informazzjoni. Dan ifisser li jiġi żgurat li l-fruntieri esterni tal-UE jkunu b’saħħithom biex jipprovdu sigurtà għall-pubbliku u għaż-żona Schengen ta’ vvjaġġar mingħajr fruntieri. Dan ifisser ukoll investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni tas-sigurtà f’teknoloġiji u tekniki ġodda biex jiġi miġġieled u antiċipat it-theddid, u fil-ħiliet u s-sensibilizzazzjoni sabiex in-negozji, l-amministrazzjonijiet u l-individwi jkunu ppreparati aħjar.
L-azzjonijiet li jistgħu jittieħdu biex tiġi żviluppata ekosistema Ewropea ta’ sigurtà aktar b’saħħitha jinkludu:
“kodiċi possibbli tal-UE għall-kooperazzjoni tal-pulizija” u l-koordinazzjoni tal-pulizija fi kriżi;
se tirrapporta regolarment dwar il-progress li jkun sar lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li diġà approvaw il-prijoritajiet tal-istrateġija, u lill-partijiet ikkonċernati.
F’Lulju 2020, il-Kummissjoni ħarġet dokument ta’ ħidma dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-affarijiet interni fil-qasam tas-sigurtà interna għall-perjodu 2017-2020.
Infrastruttura kritika: infrastruttura essenzjali għall-funzjonijiet vitali tas-soċjetà, is-saħħa, is-sikurezza, is-sigurtà, il-benesseri ekonomiku jew soċjali, li t-tfixkil/il-qerda tagħhom għandhom impatt sinifikanti.
DOKUMENT EWLIENI
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-Istrateġija tal-UE dwar l-Unjoni tas-Sigurtà (COM(2020) 605 final, )
DOKUMENTI RELATATI
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — L-Aġenda u l-Pjan tal-Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi 2021-2025 (COM(2020) 606 final, )
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni –– Strateġija tal-UE għal ġlieda aktar effettiva kontra l-abbuż sesswali tat-tfal (COM(2020) 607 final, )
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Pjan ta’ azzjoni 2020-2025 tal-UE dwar it-traffikar tal-armi tan-nar (COM(2020) 608 final, )
Id-Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni: Implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-Affarijiet Interni fil-qasam tas-sigurtà interna — 2017-2020 (SWD(2020) 135 final, )
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Introduzzjoni sigura tal-5G fl-UE — Implimentazzjoni tas-sett ta’ għodod tal-UE (COM(2020) 50 final, )
Ir-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni (ĠU L 79I, , pp. 1-14)
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2019/452 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Ir-Regolament (UE) 2018/1805 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ ordnijiet ta’ ffriżar u ordnijiet ta’ konfiska (ĠU L 303, , pp. 1-38)
Il-Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Reżiljenza, Deterrenza u Difiża: Il-Bini ta’ ċibersigurtà b’saħħitha għall-UE (JOIN(2017) 450, )
Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, , pp. 1-30)
Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill azzjoni fuq l-Aġenda Ewropea dwar is-Siġurtà biex jiġi miġġieled it-terroriżmu u titwitta t-triq lejn Unjoni ta’ Sigurtà effettiva u ġenwina (COM(2016) 230 final, )
Il-Komunikazzjoni konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Qafas Konġunt biex jiġi miġġieled it-theddid ibridu, ir-reazzjoni tal-Unjoni Ewropea (JOIN(2016) 18 final, )
L-Abbozz ta’ Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Istrateġija ta’ Sigurtà Interna Mġedda għall-Unjoni Ewropea 2015-2020,
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — L-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà (COM(2015) 185 final, )
Id-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI (ĠU L 335, , pp. 1-14)
Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE tat- dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni ta’ l-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom (ĠU L 345, , pp. 75-82)
Id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tad- dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 328, , pp. 28–37)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/845/ĠAI tas- dwar il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi tal-Istati Membri fil-qasam tar-rintraċċar u l-identifikazzjoni ta’ rikavati mill-kriminalità, jew proprjetà oħra relatata magħha (ĠU L 332, , pp. 103-105)
Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/82/KE tad- dwar l-obbligu ta’ trasportaturi li jikkomunikaw data dwar il-passiġġieri (ĠU L 261, , pp. 24-27)