This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Huwa jistabbilixxi l-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru NextGenerationEU biex jappoġġa l-irkupru mill-kriżi tal-COVID-19 u jfassal kif ser jopera.
NextGenerationEU huwa strument temporanju ta’ rkupru li jiswa sa EUR 750 biljun skont prezzijiet tal-2018. Huwa jinsab fil-qalba tar-rispons tal-Unjoni Ewropea (UE) għall-kriżi tal-COVID-19 u għandu l-għan li jsostni l-irkupru u jibni futur iktar ekoloġiku, iktar diġitali u iktar reżiljenti, speċjalment biex isaħħaħ mill-ġdid il-potenzjal għat-tkabbir sostenibbli u għall-impjiegi sabiex jappogga t-tranżizzjoni tal-Istati Membri lejn ekonomija iktar ekoloġika u diġitali.
L-istrument ser jgħin ukoll biex isewwi l-ħsara ekonomika u soċjali immedjata li ġabet magħha l-kriżi tal-COVID 19 u biex jibni Ewropa ta’ wara l-COVID-19 li tkun attrezzata aħjar biex tkampa mal-isfidi kurrenti u dawk futuri.
Il-qofol ta’ NextGenerationEU huwa l-allokazzjoni ta’ finanzjament lill-Faċilità tal-Irkupru u tar-Reżiljenza — billi joffri għotjiet u self ta’ flus biex jappoġġaw ir-riformi u l-investimenti fl-Istati Membri b’valur totali ta’ EUR 672.5 biljun skont prezzijiet tal-2018:
Barra minn hekk, NextGenerationEU ser isaħħaħ bosta programmi tal-UE kif ġej:
Biex tiffinanzja NextGenerationEU, id-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji (Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053) (ara s-sommarju) ser tippermetti l-Kummissjoni Ewropea tissellef fuq is-swieq tal-kapital f’isem l-UE. Kif hemm fid-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji, il-pagament lura jista’ jseħħ fuq medda ta’ snin, sa mhux iktar tard mill-2058. Dan ser jevita li jagħmel pressjoni immedjata fuq il-finanzi nazzjonali tal-Istati Membri u jippermettilhom jikkonċentraw il-ħiliet tagħhom fuq l-irkupru.
Iktar informazzjoni:
Ir-regolament ma japplikax fir-Renju Unit.
Il-Kummissjoni ser tissottometti rapport lill-Kunsill sal- dwar kif il-fondi allokati taħt dan l-istrument qed jintużaw.
Ilu japplika mit-.
Bit-total kollu ta’ EUR 1.8 triljun, NextGeneration EU u l-baġit tal-UE 2021-2027 jiffurmaw l-ikbar pakkett ta’ stimolu li l-baġit tal-UE qatt iffinanzja.
Il-pakkett ser jgħin ukoll biex terġa’ tinbena Ewropa wara l-COVID-19 li ser tkun iktar ekoloġika, iktar diġitali, iktar reżiljenti u attrezzata aħjar biex tilqa’ l-isfidi preżenti u dawk futuri.
Barra dan ir-Regolament, il-pakkett jinkludi wkoll:
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094 tal- li jistabbilixxi Strument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru biex jappoġġa l-irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19 (ĠU L 433I, , pp. 23-27)
l-aħħar aġġornament