EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

L-iżgurar tal-preċiżjoni u tal-integrità ta’ parametri referenzjarji

 

SOMMARJU TA’:

Regolament (UE) 2016/1011 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji finanzjarji

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Dan jistabbilixxi standards komuni tal-Unjoni Ewropea (UE) biex tiġi evitata l-manipulazzjoni tal-parametri referenzjarji* li tista’ taffettwa l-prezz tal-istrumenti finanzjarji, jew kuntratti finanzjarji bħal self jew ipoteki.

PUNTI EWLENIN

  • Amministraturi* responsabbli mill-provvediment ta’ parametri referenzjarji finanzjarji għandhom:
    • japplikaw aġġornamenti ta’ governanza robusti u strutturi organizzattivi ċari;
    • jidentifikaw, jipprevjenu jew jimmaniġġjaw kwalunkwe kunflitti ta’ interess potenzjali;
    • jiżguraw li l-persunal tagħhom għandu l-ħiliet, l-għarfien u l-esperjenza meħtieġa, u li dawn jiġu mmaniġġjati u ssorveljati b’mod effettiv;
    • iżommu sorveljanza permanenti u effettiva tal-aspetti kollha tal-parametri referenzjarji taħt ir-responsabbiltà tagħhom;
    • joperaw kontrolli sabiex jiżguraw li l-parametri referenzjarji jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni;
    • ikollhom sistema fis-seħħ li tirrekordja d-data tal-input, il-komunikazzjoni bit-telefon jew dik elettronika u l-ilmenti li jintlaqgħu u li jkunu qegħdin jiġu investigati;
    • jagħmlu kwalunkwe esternalizzazzjoni soġġetta għal kundizzjonijiet stretti;
    • jippubblikaw linji gwida ċari għat-tipi differenti tad-data tal-input u l-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-parametri referenzjarji;
    • jiżviluppaw kodiċi tal-kondotta li jistipulaw ir-responsabbiltajiet tal-kontributuri li jipprovdu dħul ta’ data lill-amministratur;
    • li jkollhom proċeduri amminstrattivi u ta’ kontabilità, mekkaniżmi interni ta’ kontroll, proċeduri effettivi għall-valutazzjoni tar-riskju sodi u kontroll effettiv u arranġamentita’ salvagwardja biex jimmaniġġjaw is-sitemi tal-ICT konformi ma’ Regolament emendatorju (UE) 2022/2554 (ara s-sommarju).
  • Ir-Regolament jistabbixxi tliet reġimi separati, li b’mod progressiv iżidu l-livell ta’ regolamentazzjoni u superviżjoni skont l-importanza ta’ parametru referenzjarju:
    • paramateri referenzjarji mhux sinifikanti ma jaqgħux taħt waħda miż-żewġ kategoriji ta’ hawn taħt u huma soġġetti għal regoli inqas onerużi;
    • parametri referenzjarji sinifikanti jintużaw bħala referenza għal strumenti finanzjarji, kuntratti finanzjarji jew fondi ta’ investiment b’valur medju totali ta’ mill-inqas €50 biljun, jew jissodisfaw ċerti kriterji oħra;
    • parametri referenzjarji kritiċi jintużaw bħala referenza għal strumenti finanzjarji, kuntratti finanzjarji jew fondi ta’ investiment b’valur totali ta’ mill-inqas €500 biljun jew jissodisfaw ċerti kriterji oħra.
  • Jeżistu arranġamenti speċifiċi għall-parametri referenzjarji tal-komoditajiet*, parametri referenzjarji tar-rati tal-imgħax u parametri referenzjarji ta’ data regolata*.
  • Ir-Regolament emendatorju (UE) 2019/2089 introduċa żewġ tipi ta’ parametri referenzjarji tal-klima tal-UE li huma bbażati fuq metodoloġija marbuta mal-impenji stabbiliti fil-Ftehim ta’ Pariġi.
  • Ir-Regolament jistabbilixxi wkoll rekwiżiti ta’ żvelar ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ESG) għall-parametri referenzjarji kollha, bl-eċċezzjoni tal-parametri referenzjarji tar-rati tal-imgħax u tal-munita barranija.
  • L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) tistabbilixxi u żżomm reġistru pubbliku tal-amministraturi kollha awtorizzati jew irreġistrati.
  • Jeżistu diversi skemi li jipprovdu aċċess għas-suq tal-UE għal parametri referenzjarji finanzjarji u għal amministraturi minn barra l-UE.
  • L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-UE għandhom il-poter li japplikaw sanzjonijiet amministrattivi xierqa u miżuri oħrajn għal ksur.
  • Il-Kummissjoni Ewropea kellha tirrapporta dwar l-operazzjoni tas-sistema lill-Parliament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea sal-1 ta’ Jannar 2020.
  • Il-Kummissjoni tista’ tinnomina parametru referenzjarju statutorju ta’ sostituzzjoni fejn parametru referenzjarju kritiku jew parametru referenzjarju ta’ pajjiż mhux tal-UE li hu ta’ referenza partikolari fl-UE ma jibqax ikun ipprovdut (taħt Regolament (UE) emendatorju 2021/168). Dan fittex li jnaqqas l-inċertezza legali fir-rigward ta’ kuntratti eżistenti u li jevita riskji lill-istabbiltà finanzjarja, u kien ispirat mill-fatt li minn Jannar 2022, il-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax interbankarja offruta ta’ Londra (LIBOR) ma baqgħetx tiġi ppubblikata.

Atti delegati

L-atti delegati adottati mill-Kummissjoni jinkludu:

  • Regolament Delegat (UE) 2018/1637 fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji relatati mal-funzjoni ta’ sorveljanza;
  • Regolament Delegat (UE) 2018/1642 fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw aktar il-kriterji li għandhom jiġu kkunsidrati mill-awtoritajiet kompetenti meta jivvalutaw jekk l-amministraturi ta’ parametri referenzjarji sinifikanti għandhomx japplikaw ċerti rekwiżiti;
  • Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/1816 fir-rigward tal-ispjegazzjoni fid-dikjarazzjoni ta’ parametru referenzjarju dwar kif il-fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza huma riflessi f’kull parametru referenzjarju pprovdut u ppubblikat;
  • Regolament Delegat (UE) 2020/1817 fir-rigward tal-kontenut minimu tal-ispjegazzjoni dwar kif il-fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza huma riflessi fil-metodoloġija tal-parametru referenzjarju;
  • Regolament Delegat (UE) 2020/1818 fir-rigward tal-istandards minimi għall-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u l-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi;
  • Regolament Delegat (UE) 2021/1348 fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji li abbażi tagħhom l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu bidliet fid-dikjarazzjoni ta’ konformità ta’ parametri referenzjarji mhux sinifikanti;
  • Regolament Delegat (UE) 2021/1349 fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji għall-valutazzjoni ta’ konformità tal-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-amministrazzjoni obbligatorja ta’ parametru referenzjarju ta’ importanza kritika;
  • Regolament Delegat (UE) 2021/1350 fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti biex jiġi żgurat li l-arranġamenti ta’ governanza ta’ amministratur ikunu b’saħħithom biżżejjed;
  • Regolament Delegat (UE) 2021/1351 fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-karatteristiċi tas-sistemi u l-kontrolli għall-identifikazzjoni u r-rappurtar ta’ kwalunkwe mġiba li tista’ tinvolvi l-manipulazzjoni jew it-tentattiv ta’ manipulazzjoni ta’ parametru referenzjarju; u
  • Regolament Delegat (UE) 2021/1352 fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet biex jiġi żgurat li l-metodoloġija biex ikun determinat parametru referenzjarju tikkonforma mar-rekwiżiti tal-kwalità.
  • Regolament Delegat (UE) 2022/804 li jispeċifika r-regoli ta’ proċedura għal miżuri applikabbli għas-superviżjoni mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ta’ ċerti amministraturi ta’ parametri referenzjarji.
  • Regolament Delegat (UE) 2022/805 li jispeċifika t-tariffi applikabbli għas-superviżjoni mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ta’ ċerti amministraturi ta’ parametri referenzjarji.

MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

  • Ir-Regolament (UE) 2016/1011 ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2018 ħlief għal ċerti artikoli li ilhom japplikaw mit-30 ta’ Ġunju 2016. Dawn l-artikoli jinvolvu l-aktar ħidma ta’ tħejjija, bħall-iżvilupp mill-ESMA ta’ standards tekniċi regolatorji iżda wkoll l-identifikazzjoni u s-superviżjoni ta’ parametri referenzjarji kritiċi. Ir-reġim applikabbli għall-użu ta’ parametri referenzjarji mhux tal-UE fl-UE se jibda japplika mill-31 ta’ Diċembru 2023 ’il quddiem.
  • Ir-Regolament (UE) 2021/168 ilu japplika mit-13 ta’ Frar 2021.

SFOND

TERMINI EWLENIN

Parametru referenzjarju. Ċifra li ssir pubblika u li tintuża biex jingħata prezz lil ħlasijiet taħt strumenti finanzjarji jew kuntratti finanzjarji jew biex titkejjel il-prestazzjoni ta’ fond ta’ investiment.
Amministratur. Individwu jew kumpanija/organizzazzjoni li għanda kontroll fuq parametru referenzjarju.
Parametru referenzjarju tal-komoditajiet. Parametru referenzjarju li jkejjel il-prezz ta’ komodità.
Parametru referenzjarju ta’ data regolata. Parametri referenzjarji determinati minn data tal-input li hija pprovduta minn postijiet regolati, skambji tal-enerġija u rkanti tal-kwoti tal-emissjonijiet.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment u li jemenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 (ĠU L 171, 29.6.2016, pp. 1–65).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2016/1011 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011 (ĠU L 333, 27.12.2022, pp. 1–79).

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/805 tas-16 ta’ Frar 2022 li jissuplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parliament Ewropew u tal-Kunsill li jispeċifika t-tariffi applikabbli għas-superviżjoni mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ta’ ċerti amministraturi tal-parametri referenzjarji (ĠU L 145, 24.5.2022, pp. 14–19).

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/804 tas-16 ta’ Frar 2022 li jissuplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parliament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika r-regoli ta’ proċedura għal miżuri applikabbli għas-superviżjoni mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ta’ ċerti amministraturi ta’ parametri referenzjarji (ĠU L 145, 24.5.2022, pp. 7–13).

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1352 tas-6 ta’ Mejju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet biex jiġi żgurat li l-metodoloġija biex ikun determinat parametru referenzjarju tikkonforma mar-rekwiżiti tal-kwalità (ĠU L 291, 13.8.2021, p. 16–19).

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1351 tas-6 ta’ Mejju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-karatteristiċi tas-sistemi u l-kontrolli għall-identifikazzjoni u r-rappurtar ta’ kwalunkwe mġiba li tista’ tinvolvi l-manipulazzjoni jew it-tentattiv ta’ manipulazzjoni ta’ parametru referenzjarju (ĠU L 291, 13.8.2019, p. 13–15).

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1350 tas-6 ta’ Mejju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti biex jiġi żgurat li l-arranġamenti ta’ governanza ta’ amministratur ikunu b’saħħithom biżżejjed (ĠU L 291, 13.8.2021, p. 9–12).

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1349 tas-6 ta’ Mejju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji għall-valutazzjoni ta’ konformità tal-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-amministrazzjoni obbligatorja ta’ parametru referenzjarju ta’ importanza kritika (ĠU L 291, 13.8.2021, p. 4–8).

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1348 tas-6 ta’ Mejju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji li abbażi tagħhom l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu bidliet fid-dikjarazzjoni ta’ konformità ta’ parametri referenzjarji mhux sinifikanti (ĠU L 291, 13.8.2021, p.  1–3).

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1816 tas-17 ta’ Lulju 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ispjegazzjoni fid-dikjarazzjoni ta’ parametru referenzjarju dwar kif il-fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza huma riflessi f’kull parametru referenzjarju pprovdut u ppubblikat (ĠU L 406, 3.12.2020, pp. 1–11).

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1817 tas-17 ta’ Lulju 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontenut minimu tal-ispjegazzjoni dwar kif il-fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza huma riflessi fil-metodoloġija tal-parametru referenzjarju (ĠU L 406, 3.12.2020, pp. 12–16).

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1818 tas-17 ta’ Lulju 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards minimi għall-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi (ĠU L 406, 3.12 .2020, pp. 17–25).

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1637 tat-13 ta’ Lulju 2018 li jissuplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parliament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall-proċeduri u karatteristċi tal-funzjoni ta’ sorveljanza (ĠU L 274, 5.11.2018, pp. 1–5).

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1642 tat-13 ta’ Lulju 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw aktar il-kriterji li għandhom jiġu kkunsidrati mill-awtoritajiet kompetenti meta jivvalutaw jekk l-amministraturi ta’ parametri referenzjarji sinifikanti għandhomx japplikaw ċerti rekwiżiti (ĠU L 274, 5.11.2021, p. 25–28).

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1368 tal-11 ta’ Awwissu 2016 li jistabbilixxi lista ta’ parametri referenzjarji ta’ importanza kritika użati fis-swieq finanzjarji skont ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 217, 12.8.2016, pp. 1–3).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, pp. 1–61).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 60, 28.2.2014, pp. 34–85).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parliament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 t’April 2008 dwar ftehimiet ta’ kreditu għal konsumaturi u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, 22.5.2008, pp. 66–92).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 19.04.2023

Top