Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Skema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet — regoli tal-Fond għall-Innovazzjoni

SOMMARJU TA’:

Regolament Delegat (UE) 2019/856 f’dak li għandu x’jaqsam mal-operat tal-Fond għall-Innovazzjoni

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Il-Fond għall-Innovazzjoni introdott fid-Direttiva 2003/87/KE huwa maħsub biex jappoġġja inizjattivi innovattivi bħala parti mill-iskema tal-UE għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet (ETS)1, il-pilastru tal-politika tal-UE biex jindirizza t-tibdil fil-klima billi jnaqqas l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (GHG). Dan ir-regolament jistabbilixxi regoli dettaljati dwar kif jaħdem il-fond.

PUNTI EWLENIN

Ir-regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għall-Fond għall-Innovazzjoni, inklużi

  • l-objettivi operazzjonali;
  • il-forom ta’ appoġġ ipprovduti;
  • il-proċedura tal-applikazzjoni;
  • kif jintgħażlu l-proġetti;
  • kif jiġi rregolat il-fond;
  • ir-rappurtar, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, il-kontroll u l-pubbliċità.

Objettivi u forom ta’ appoġġ

Il-fond jipprovdi appoġġ finanzjarju għall-proġetti li juru teknoloġiji, proċessi jew prodotti innovattivi ħafna, b’potenzjal sinifikanti biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, filwaqt li jattira riżorsi pubbliċi u privati addizzjonali.

L-appoġġ se jkun fil-forma ta’ għotjiet, jew jgħaqqad l-għotijiet tal-UE mal-istrumenti finanzjarji taħt l-istrument ta’ appoġġ għall-investiment unifikat tal-UE (InvestEU), li jissostitwixxi l-Fond Ewropew attwali għall-Investimenti Strateġiċi għall-perjodu 2021–2027. Il-finanzjament jista’ wkoll jieħu kwalunkwe forma oħra deskritta fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 (ir-“Regolament Finanzjarju”), b’mod partikolari premjijiet u akkwist.

Applikazzjoni u għażla

L-applikanti huma mistiedna biex japplikaw għal appoġġ finanzjarju għall-proġetti eliġibbli wara sejħa għal proposti maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea wara konsultazzjoni mal-pajjiżi tal-UE. Il-kriterji għall-għażla tal-proġetti jinkludu dawn li ġejjin:

  • il-potenzjal li jiġu evitati emissjonijiet ta’ gassijiet serra;
  • il-grad ta’ innovazzjoni tal-proġetti meta mqabbla mal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku;
  • il-maturità tal-ippjanar, il-mudell tan-negozju, l-istruttura finanzjarja u legali; il-prospett li jiġi konkluż l-għeluq finanzjarju tal-proġett f’perjodu ta’ żmien definit minn qabel ta’ mhux aktar minn 4 snin;
  • il-potenzjal tekniku u tas-suq għall-applikazzjoni mifruxa jew it-tnaqqis tal-ispejjeż fil-futur;
  • il-kosteffiċjenza tal-proġett abbażi ta’ formula li tibbilanċja l-ispejjeż mal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra evitati, l-enerġija ġġenerata, jew id-diossidu tal-karbonju maħżun (il-ġbir u ħżin tad-diossidu tal-karbonju) fl-ewwel 10 snin ta’ operat.

Governanza u amministrazzjoni

Il-Kummissjoni timmaniġġja b’mod dirett l-operat tal-Fond ħlief fejn ingħatat delega lill-korpi ta’ implimentazzjoni. Il-pajjiżi tal-UE huma kkonsultati dwar il-proġetti magħżula qabel tittieħed kwalunkwe deċiżjoni dwar l-għotjiet.

L-entitajiet li jirċievu għajnuna għandhom juru fuq is-siti web tagħhom informazzjoni dwar il-proġetti appoġġjati taħt dan ir-regolament, inkluża referenza espliċita għall-appoġġ riċevut mill-Fond għall-Innovazzjoni, kif ukoll jiżguraw li informazzjoni koerenti, effettiva u mmirata dwar l-appoġġ tilħaq lil diversi udjenzi, inklużi l-midja u l-pubbliku.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mis-.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

  1. L-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (EU ETS): l-ewwel — u l-akbar bil-bosta — sistema internazzjonali għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, tkopri madwar 11,000 impjant tal-enerġija u impjant tal-manifattura fl-UE, l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Liechtenstein, kif ukoll attivitajiet ta’ avjazzjoni.

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/856 tas- li jissupplementa d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-operat tal-Fond għall-innovazzjoni (ĠU L 140, , pp. 6–17)

l-aħħar aġġornament

Top