Use quotation marks to search for an "exact phrase". Append an asterisk (*) to a search term to find variations of it (transp*, 32019R*). Use a question mark (?) instead of a single character in your search term to find variations of it (ca?e finds case, cane, care).
Ir-Regolament (UE) 2025/2052 jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq u għat-tħaddim ta’ provvisti tal-enerġija esterni (EPS) u ta’ ċertu tagħmir tal-iċċarġjar biex itejjeb l-effiċjenza enerġetika, l-interoperabbiltà u l-prestazzjoni ambjentali fl-Unjoni Ewropea (UE), permezz ta’:
ir-rekwiżiti minimi tal-effiċjenza enerġetika għall-EPS;
il-limiti fuq il-konsum tal-enerġija fil-modalità standby għat-tagħmir tal-iċċarġjar mingħajr fili;
ir-rekwiżiti tal-interoperabbiltà bbażati fuq l-USB tat-Tip C u l-USB Power Delivery;
ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni u ta’ mmarkar biex jappoġġaw l-għażla tal-konsumaturi u l-użu mill-ġdid taċ-ċarġers.
PUNTI EWLENIN
Kamp ta’ applikazzjoni u prodotti koperti
Ir-regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għal firxa wiesgħa ta’ prodotti tal-iċċarġjar u tal-konverżjoni tal-enerġija mqiegħda fis-suq tal-UE.
Dan japplika għal:
l-EPS;
iċ-ċarġers tal-batteriji għal batteriji portabbli ta’ użu ġenerali (eż. AA jew AAA);
iċ-ċarġers mingħajr fili u l-pads tal-iċċarġjar mingħajr fili;
il-kejbils USB tat-Tip C.
Dan japplika għall-prodotti mqiegħda fis-suq waħedhom jew flimkien mal-prodott tal-konsumatur motorizzat.
Dan ma japplikax għal, fost affarijiet oħra:
il-provvisti tal-elettriku mingħajr interruzzjoni;
it-tagħmir ta’ kontroll separat (EPS) użat ma’ applikazzjonijiet tad-dawl;
l-EPS iddisinjat esklużivament għal apparati mediċi;
l-EPS użati esklużivament ma’ mezzi ta’ trasport;
stazzjonijiet għad-dokkjar għal apparati awtonomi.
Rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika u tal-konsum tal-enerġija
Ir-regolament jistabbilixxi rekwiżiti obbligatorji u aktar stretti ta’ effiċjenzagħall-EPS biex jitnaqqas it-telf tal-enerġija waqt l-użu.
Dan jistabbilixxi:
ir-rekwiżiti medja minimi tal-effiċjenza attiva;
ir-rekwiżiti minimi ta’ effiċjenza f’tagħbija baxxa (b’tagħbija ta’ 10 %);
il-limiti massimi tal-konsum tal-enerġija mingħajr tagħbija.
Ir-rekwiżiti jvarjaw skont:
il-livelli ta’ potenza tal-output;
il-kategoriji ta’ vultaġġ (vultaġġ bażiku jew vultaġġ baxx);
EPS b’vultaġġ wieħed jew b’vultaġġi multipli adattiv.
Iċ-ċarġers mingħajr fili u l-pads tal-iċċarġjar mingħajr fili huma soġġetti għal limiti speċifiċi tal-konsum tal-enerġija fil-modalità standby.
Interoperabbiltà u rekwiżiti komuni għall-iċċarġjar
Ir-regolament jippromwovi l-interoperabbiltà biex jitnaqqas l-għadd ta’ ċarġers u jiġi ffaċilitat l-użu mill-ġdid bejn l-apparati:
sehem kbir mill-EPS AC-DC huwa meħtieġ li jkun interoperabbli, sakemm ma jaqax taħt eżenzjonijiet speċifiċi, bħal:
potenza għolja jew ċerti livelli ta’ vultaġġ jew kombinazzjonijiet ta’ vultaġġ/kurrent,
restrizzjonijiet tekniċi, ta’ sikurezza jew ta’ installazzjoni speċifiċi,
użu ma’ kategoriji speċifiċi ta’ prodotti għall-konsumatur, bħal applikazzjonijiet li jintużaw f’ambjent imxarrab (eż. xkupilji tas-snien) jew vacuum cleaners,
EPS interoperabbli li jinkludu mill-inqas port wieħed tal-USB Tip C jew tal-USB-PD,
dawk li jipprovdu l-potenza massima tal-ħruġ tagħhom permezz ta’ port USB tat-Tip C jew USB-PD,
dawk li jevitaw kejbils tal-output imqabbda b’mod permanenti;
iċ-ċarġers tal-batteriji għall-batteriji portabbli ta’ użu ġenerali u l-biċċa l-kbira taċ-ċarġers mingħajr fili u l-pads tal-iċċarġjar iridu jitħaddmu b’EPS interoperabbli.
Informazzjoni, immarkar u trasparenza għall-konsumatur
Ir-regolament jintroduċi rekwiżiti dettaljati ta’ informazzjoni biex itejjeb it-trasparenza u jiffaċilita għażla infurmata tal-konsumatur:
L-EPS iridu juru informazzjoni teknika fuq in-nameplate, inklużi l-potenza tal-output, il-vultaġġ u l-kurrent;
L-EPS interoperabbli jridu:
juri logo ġdid u distintiv taċ-Ċarġer Komuni tal-UE fuq il-prodott, l-imballaġġ, l-istruzzjonijiet u s-sit web tal-manifattur, li jindika l-potenza massima disponibbli f’port USB tat-Tip C wieħed,
jimmarka kull port USB tat-Tip C jew USB-PD bil-potenza massima appoġġata tiegħu;
Il-kejbils USB tat-Tip C iridu jkunu mmarkati biex jindikaw jekk jappoġġawx 60 W jew 240 W;
informazzjoni dettaljata dwar il-prodott trid titqiegħed għad-dispożizzjoni fid-dokumentazzjoni u fuq sit web b’aċċess bla ħlas għal mill-inqas 10 snin.
Valutazzjoni tal-konformità u sorveljanza tas-suq
F’konformità mar-regoli u l-prinċipji tal-ekodisinn u tal-verifika, ir-regolament jispeċifika kif trid tintwera u tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn.
Arranġamenti tranżitorji u t-tħassir tar-regoli preċedenti
Ir-regolament jissostitwixxi r-regolament eżistenti dwar l-ekodisinn għall-provvisti tal-enerġija esterni filwaqt li jippermetti arranġamenti tranżitorji limitati:
Ir-Regolament (UE) 2019/1782 (ara s-sommarju) huwa mħassar b’effett mill-;
EPS ta’ spare parts għal prodotti mqiegħda fis-suq qabel dik id-data jistgħu jkomplu jikkonformaw mar-regoli preċedenti sal-;
ċerti USB-PD EPS ta’ potenza għolja jistgħu jikkonformaw biss mar-rekwiżiti preċedenti ta’ effiċjenza sal-;
L-EPS li jikkonformaw kmieni ma’ dan ir-Regolament, jiġifieri mill-, jista’ jitqiegħed fis-suq qabel id-data tal-applikazzjoni ġenerali tiegħu.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2025/2052 li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-provvisti tal-elettriku esterni, iċ-ċarġers mingħajr fili, il-pads tal-iċċarġjar mingħajr fili, iċ-ċarġers tal-batteriji għall-batteriji portabbli ta’ użu ġenerali u l-kejbils USB tat-Tip C, skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1782 (ĠU L, 2025/2052, ).
DOKUMENTI RELATATI
Ir-Regolament (UE) 2023/1542 dwar il-batteriji u l-iskart ta’ batteriji.
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2023/1542 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Ir-Regolament (UE) 2019/1782 dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-provvisti tal-elettriku esterni.
Id-Direttiva 2014/53/UE dwar l-armonizzazzoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir tar-radju.