Ten dokument pochodzi ze strony internetowej EUR-Lex
Ir-Regolament (UE) 2019/2019 li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-apparat refriġeranti
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2019 jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn1 għall-bejgħ jew it-tqegħid fis-servizz ta’ apparat refriġeranti2 li jitħaddem bl-elettriku mill-mejns3 b’kapaċità ta’ bejn 10 litri u 1 500 litru.
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2016 jistabbilixxi regoli dwar it-tikkettar ta’, u l-provvista ta’ informazzjoni addizzjonali dwar il-prodott dwar dawn l-apparati refriġeranti.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2019:
L-awtoritajiet nazzjonali: għandhom japplikaw il-proċeduri ta’ verifika stipulata fl-Anness IV meta jwettqu kontrolli tas-sorveljanza tas-suq.
Il-manifatturi, l-importaturi, jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom ma għandhomx joffru għall-bejgħ prodotti li jkunu kapaċi jindunaw li qed jiġu ttestjati u jbiddlu l-prestazzjoni tagħhom skont dan.
L-Anness V jistabbilixxi parametri referenzjarji indikattivi bbażati fuq il-prodotti u t-teknoloġiji bl-aqwa rendiment disponibbli għall-apparat refriġeranti f’termini tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika tagħhom u l-emissjonijiet ta’ storbju.
Ir-regolament jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 643/2009 mill-.
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2016 jistabbilixxi obbligi dwar:
L-awtoritajiet nazzjonali: japplikaw il-proċedura ta’ verifika stipulata fl-Anness IX meta jwettqu kontrolli tas-sorveljanza tas-suq.
Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika hija bbażata fuq indiċi stabbilit fl-Anness II.
Il-Kummissjoni Ewropea għandha twettaq rieżami ta’ dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku sitt (6) snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. Hija għandha tikkunsidra wkoll l-indirizzar ta’ aspetti tal-ekonomija ċirkolari u jekk għandhiex tintroduċi ikoni għall-kompartimenti li jistgħu jnaqqsu l-ħela tal-ikel u għall-konsum annwali tal-enerġija.
Ir-regolament iħassar Regolament (UE) Nru 1060/2020 mill-.
L-ebda Regolament ma japplika għal:
It-tnejn japplikaw mill-.
Id-Direttiva 2009/125/KE tistabbilixxi qafas biex jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija. Hija tinkariga lill-Kummissjoni biex tistabbilixxihom għall-prodotti li jinbiegħu u jiġu kkummerċjalizzati b’mod wiesa’ fl-UE u li għandhom impatt ambjentali sinifikanti. Ir-Regolament (UE) 2017/1369 jistabbilixxi qafas li jistipula rekwiżiti tat-tikkettar tal-enerġija għal prodotti relatati mal-enerġija biex jippermettu lill-konsumaturi jagħżlu prodotti aktar effiċjenti biex inaqqsu l-konsum tal-enerġija tagħhom.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2019 tal- li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-apparat refriġeranti skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 643/2009 (ĠU L 315, , p. 187-208)
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2016 tal- li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija ta’ apparat refriġeranti u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 (ĠU L 315, , p. 102-133)
l-aħħar aġġornament