Use quotation marks to search for an "exact phrase". Append an asterisk (*) to a search term to find variations of it (transp*, 32019R*). Use a question mark (?) instead of a single character in your search term to find variations of it (ca?e finds case, cane, care).
Ir-Regolament (UE) 2019/2024 jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn1 għat-tqegħid fis-suq jew għat-tqegħid fis-servizz ta’ apparati refriġeranti2 mħaddma bil-mejn li għandhom funzjoni ta’ bejgħ dirett, inklużi apparati mibjugħa għar-refriġerazzjoni ta’ oġġetti mhux tal-ikel.
Ir-Regolament Delegat Delegat (UE) 2019/2018 jistabbilixxi regoli dwar it-tikkettar u l-provvista ta’ informazzjoni addizzjonali dwar il-prodotti, fuq l-istess apparati refriġeranti.
PUNTI EWLENIN
L-apparati koperti mir-regolamenti (apparati refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett) jinkludu kabinetti tas-supermarkets (refriġeraturi u friżers), magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati, kulers tax-xorb, friżers tal-ġelati u kabinetti tal-ġelati.
Ir-regolamenti ma jkoprux:
apparati li ma jaħdmux bl-elettriku;
apparati li ma jużawx refriġerazzjoni tal-kompressjoni bil-fwar;
komponenti remoti, bħal unitajiet jew kompressuri tal-kondensazzjoni;
apparati tal-ipproċessar tal-ikel;
apparati speċifikament għall-mediċini jew għall-kampjuni xjentifiċi;
apparati għal ikel ħaj, bħal ħut u frott tal-baħar bil-qoxra ħaj;
saladettes (eż. unitajiet li jitqiegħed fihom l-ikel b’aċċess faċli għall-kondimenti tal-pizza jew ingredjenti tal-insalata);
bankijiet orizzontali li jisserva l-ikel minnhom iddisinjati biex jaħdmu f’temperaturi operattivi mkessħa;
apparati li ma għandhom l-ebda sistema integrata għall-produzzjoni tal-kesħa u li jiffunzjonaw permezz tal-kanalizzazzjoni tal-arja mkessħa;
magni tal-bejgħ iddisinjati biex jaħdmu f’temperaturi operattivi ffriżati;
bankijiet li jisserva l-ħut minnhom b’silġ imfarrak;
kabinetti għall-ħżin refriġerat professjonali, kabinetti ta’ refriġerazzjoni rapida, unitajiet ta’ kondensazzjoni u kulers tal-proċess;
apparati u minibars għall-ħżin tal-inbid.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni:
fl-Anness II jistipula d-dati (inizjalment l-, b’rekwiżiti ulterjuri jiġu introdotti mill-) meta jidħlu fis-seħħ ir-rekwiżiti tal-ekodisinn. Dawn ikopru:
l-effiċjenza enerġetika
l-effiċjenza fir-riżorsi
informazzjoni għall-installaturi u għall-utenti aħħarija;
jistipula l-proċess ta’ valutazzjoni tal-konformità, u fl-Anness III l-metodi ta’ kejl u l-kalkoli li jridu jiġu segwiti.
L-awtoritajiet nazzjonali jeħtiġilhom japplikaw il-proċeduri ta’ verifika stabbiliti fl-Anness IV meta jwettqu kontrolli tas-sorveljanza tas-suq.
Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom jeħtiġilhom ma jqegħdux fis-suq prodotti b’kapaċità ta’ detezzjoni meta jkunu qed jiġu ttestjati u jibdlu l-prestazzjoni tagħhom skont dan biex jiksbu riżultat aħjar għal kwalunkwe parametru li jkun qed jiġi ttestjat.
L-Anness V jistabbilixxi parametraġġi referenzjarji indikattivi bbażati fuq il-prodotti u t-teknoloġiji bl-aqwa prestazzjoni disponibbli għall-apparati refriġeranti f’termini tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika tagħhom.
Il-Kummissjoni jeħtiġilha tirrevedi r-regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku u tivvaluta għadd ta’ aspetti 4 snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.
B’dan ir-Regolament, l-apparati refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett se jkunu soġġetti għar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ewwel darba.
Ir-regolament delegat jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 dwar it-tikkettar tal-enerġija u jistabbilixxi regoli għall-fornituri, għan-negozjanti u għall-pjattaformi tal-hosting tal-internet.
Il-fornituri jeħtiġilhom jiżguraw li:
kull apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett ikollu fuqu tikketta stampata fil-format stabbilit fl-Anness III;
l-informazzjoni fuq il-formola ta’ informazzjoni dwar il-prodott, stabbilita fl-Anness V, u l-kontenut tad-dokumentazzjoni teknika (Anness VI) jittellgħu fil-bażi ta’ data tal-prodotti;
ir-reklami viżivi għal mudell partikolari jkollhom il-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa tal-klassijiet disponibbli, f’konformità mal-Annessi VII u VIII;
il-materjal promozzjonali tekniku, inkluż fuq l-Internet, għal mudell partikolari li jiddeskrivi l-parametri speċifiċi tiegħu, inkluża l-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-apparat u l-firxa tal-klassijiet disponibbli f’konformità mal-Anness VII;
għal kull apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett in-negozjanti jirċievu tikketta elettronika fil-format tal-Anness III u formola ta’ informazzjoni elettronika dwar il-prodott kif stabbilit fl-Anness V.
In-negozjanti jeħtiġilhom jiżguraw li:
kull apparat refriġeranti b’funzjoni tal-bejgħ dirett fil-punt tal-bejgħ, inkluż fil-fieri kummerċjali, ikollu tikketta mogħtija mill-fornituri viżibbli b’mod ċar f’konformità mal-Anness III;
fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod, it-tikketta u l-formola ta’ informazzjoni dwar il-prodott ikunu konformi mal-Annessi VII u VIII;
ir-reklami viżivi, inkluż fuq l-Internet, għal mudell speċifiku jkollhom l-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa tal-klassijiet f’konformità mal-Anness VII;
il-materjal promozzjonali tekniku, inkluż fuq l-Internet, għal mudell speċifiku li jiddeskrivi l-parametri speċifiċi tiegħu, jinkludi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-apparat u l-firxa tal-klassijiet disponibbli f’konformità mal-Annessi VII u VIII.
it-tikketta elettronika u l-formola ta’ informazzjoni elettronika dwar il-prodott mogħtija min-negozjant ikunu murija b’mod ċar, skont l-Anness VIII, fuq l-apparati refriġeranti kollha mibjugħa direttament minn fuq is-sit.
L-awtoritajiet nazzjonali japplikaw il-proċedura ta’ verifika stabbiliti fl-Anness IX meta jwettqu l-kontrolli tas-sorveljanza tas-suq.
Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika hija bbażata fuq indiċi stabbilit fl-Anness II.
Il-Kummissjoni Ewropea jeħtiġilha teżamina r-regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku 4 snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.
Ir-Regolament (UE) 2017/1369 jistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti tat-tikkettar tal-enerġija għal prodotti relatati mal-enerġija biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħżlu prodotti aktar effiċjenti biex jitnaqqas il-konsum tal-elettriku tagħhom.
Ekodisinn: Politika għat-titjib, permezz ta’ disinn aħjar, tal-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti tul iċ-ċiklu ta’ ħajja tagħhom, speċjalment l-effiċjenza enerġetika tagħhom.
Apparat refriġeranti: kabinett iżolat b’kompartiment wieħed jew aktar b’temperatura speċifika kkontrollata, imkessħa b’konvezzjoni naturali jew furzata.
DOKUMENTI EWLENIN
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2024 tal- li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, , pp. 313–334).
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2018 tal- li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett (ĠU L 315, , pp. 155–186).
DOKUMENTI RELATATI
Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (GU L 198, , pp. 1–23).
Ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (ĠU L 150, , p. 195–230).
Id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (ĠU L 197, , pp. 38–71).
L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2012/19/UE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, , pp. 10–35).