This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Akkwist elettroniku
L-ekonomija Ewropea qiegħda tħabbat wiċċha mal-ħtieġa li tnaqqas l-infiq pubbliku u li ssib sorsi ġodda ta' tkabbir ekonomiku. Il-ġeneralizzazzjoni tas-sejħiet għall-offerti għall-kuntratti pubbliċi b'mod elettroniku tista' tikkontribwixxi għall-ilħuq ta' dawn l-objettivi.
ATT
Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE.
Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE
Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni
SOMMARJU
It-transizzjoni għall-akkwist elettroniku hija parti mill-modernizzazzjoni tar-regoli Ewropej dwar l-akkwisti pubbliċi. F'April 2014 ġie adottat pakkett ta' tliet testi leġiżlattivi mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, u dawn it-testi ppermettew ir-realizzazzjoni ta' din it-transizzjoni.
X'INHU L-AKKWIST ELETTRONIKU?
L-akkwist elettroniku huwa l-użu minn korpi fis-settur pubbliku ta' mezzi elettroniċi għax-xiri ta' provvisti u servizzi jew għat-tnedija ta' sejħiet għall-offerti għal xogħlijiet pubbliċi.
Użu akbar tal-akkwist elettroniku fl-Ewropa jippermetti:
QAFAS LEGALI ĠDID, ĊAR, ISSIMPLIFIKAT
F'April 2014 ġie adottat qafas legali ġdid b'pakkett ta' tliet direttivi ġodda li l-miri essenzjali tiegħu huma:
Id-Direttivi jistabbilixxu qafas legali ċar li jinkludi aspetti fir-rigward tal-użu possibbli ta' firem elettroniċi. Barra minn hekk, id-Direttiva għandha l-għan li:
Barra minn hekk, id-Direttiva dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni tipprovdi għal sistema ssimplifikata li tagħmel l-akkwist elettroniku fakultattiv, anki jekk in-notifikazzjoni elettronika qiegħda ssir obbligatorja.
Kuntest
Fil-Att dwar is-Suq Uniku tagħha, il-Kummissjoni espremiet il-volontà tagħha li timmodernizza l-qafas leġiżlattiv tal-UE fir-rigward tas-sejħiet għall-offerti għall-kuntratti pubbliċi. Il-valur ekonomiku ta' dan is-settur huwa konsiderevoli u l-introduzzjoni ta' proċeduri elettroniċi sejra ttejjeb l-effikaċja tal-kuntratti tal-akkwisti pubbliċi.
Aktar informazzjoni tista' tinstab hawn taħt:
ATTI RELATATI
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Strateġija għall-akkwist elettroniku ( COM(2012) 179 finali- Mhux ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali).
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-akkwist elettroniku minn tarf sa tarf għall-modernizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika ( COM(2013) 453 final - Mhux ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali).
Din il-komunikazzjoni tispjega l-progress milħuq fl-implimentazzjoni tal-akkwisti elettroniċi mill-pubblikazzjoni b'mod elettroniku ta' avviżi ta' kuntratti għal ħlas b'mod elettroniku, kif hemm ipprovdut għal dan fil-Komunikazzjoni tal-2012.
L-aħħar aġġornament: 09.11.2014