Use quotation marks to search for an "exact phrase". Append an asterisk (*) to a search term to find variations of it (transp*, 32019R*). Use a question mark (?) instead of a single character in your search term to find variations of it (ca?e finds case, cane, care).
Magħruf bħala r-regolament dwar dispożizzjonijiet komuni, ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jistipula l-prinċipji, ir-regoli u l-istandards komuni għall-operat tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (fondi SIE) għall-perjodu 2014–2020.
Ir-Regolament (UE) 2022/562 jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013, billi jintroduċi bidliet fir-regoli tal-politika ta’ koeżjoni tal-Unjoni Ewropea (UE) biex jiġu mmassimizzati l-veloċità u l-faċilità li bihom l-Istati Membri tal-UE jistgħu jgħinu lill-persuni li jaħarbu mill-Ukrajna, filwaqt li jkomplu jappoġġaw l-irkupru tar-reġjuni tal-UE.
Regolament Emendatorju (UE) 2022/613 jagħti aċċess immedjat lill-Istati Membri għal aktar finanzjament inizjali mill-programm ta’ assistenza ta’ irkupru għall-koeżjoni u t-territorji tal-Ewropa(REACT-UE) u jiffaċilita l-provvediment ta’ bżonnijiet bażiċi u appoġġ għall-Ukrajna.
Regolament Emendatorju (UE) 2022/2039 joffri flessibbiltà addizzjonali biex jindirizza l-konsegwenzi tal-aggressjoni militari Russa fl-Ukrajna.
L-għan konġunt tal-investimenti taħt il-fondi SIE huwa li jipprovdu appoġġ għat-twassil tat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.
Ir-regolament:
jiddefinixxi prinċipji, regoli u standards komuni għall-użu u l-implimentazzjoni tal-Fondi ESI;
jistipula regoli komuni għall-fondi SIE sabiex itejbu l-koordinazzjoni bejniethom u bejn politiki u programmi oħrajn tal-UE, bħal Orizzont 2020, illum sostitwit b’Orizzont Ewropa;
jiddefinixxi x-xogħlijiet, għanijiet ta’ prijorità u l-organizzazzjoni tal-Fondi;
jiġbed attenzjoni partikolari lejn ir-relazzjoni bejn dan ir-Regolament u Regolamenti oħrajn speċifiċi għal dan il-Fond;
jistipula l-prinċipju tal-konċentrazzjoni tematika sabiex jiżgura li l-investimenti jkunu kkonċentrati fuq numru limitat ta’ prijoritajiet ewlenin;
jitfa’ attenzjoni akbar fuq ir-riżultati:
jiġi stabbilit qafas ta’ prestazzjoni b’għanijiet u b’miri,
issir laqgħa ta’ rieżami annwali bejn kull Stat Membru u l-Kummissjoni Ewropea,
fl-2019, f’kull Stat Membru, kellu jsir rieżami tal-prestazzjoni tal-programmi;
jintroduċi kundizzjonalitajiet (prerekwiżiti mfassla biex jiżguraw li jkun hemm stabbiliti l-mezzi meħtieġa ħalli l-appoġġ tal-UE jintuża b’mod effettiv);
jistipula l-allokazzjoni tar-riżorsi għall-għan tal-investiment għat-tkabbir u l-impjiegi bejn tliet kategoriji ta’ reġjuni, skont il-prodott domestiku gross per capita tagħhom: ir-reġjuni inqas żviluppati, ir-reġjuni fi tranżizzjoni minn livell ta’ appoġġ għal xulxin u r-reġjuni aktar żviluppati.
Il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tistipula l-lista ta’ reġjuni li jissodisfaw il-kriterji tat-tliet kategoriji ta’ reġjuni.
Il-kriterji huma stipulati li l-Istati Membri u r-reġjuni għandhom jissodisfaw sabiex ikunu eliġibbli għal appoġġ mill-fondi. Riżorsi għandhom ikunu allokati mill-FEŻR u mill-FSE fost ir-reġjuni inqas żviluppati, ir-reġjuni fi tranżizzjoni u r-reġjuni aktar żviluppati, skont il-prodott domestiku gross per capita tagħhom. Peress li l-Istati Membri jvarjaw b’mod konsiderevoli fit-tipi ta’ oqsma amministrattivi u ta’ ppjanar tagħhom, l-UE fasslet sistema komuni ta’ klassifikazzjoni biex tagħżel ir-reġjuni u ż-żoni li għandhom jiġu appoġġati. Ir-riżorsi finanzjarji disponibbli u l-kriterji għall-allokazzjoni tagħhom huma speċifikati.
Il-fondi SIE jipprovdu appoġġ permezz ta’ programmi pluriennali abbażi tal-ftehimiet ta’ sħubija żviluppati għal kull Stat Membru. Ftehim ta’ sħubija huwa dokument il jistipula l-istrateġija ġenerali ta’ investiment ta’ Stat Membru u dan ikun sar qbil fuqu mal-Kummissjoni. Dan jitħejja mill-Istat Membru f’konformità mas-sistemi u l-proċeduri tiegħu stess u jinvolvi sħab li jirrappreżentaw lill-awtoritajiet pubbliċi reġjonali u lokali, flimkien ma’ firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati soċjali, ekonomiċi, ambjentali u interessi oħrajn.
Rapport tal-Qorti tal-Awdituri
Fl-2017, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri ppubblikat rapport dwar il-ftehimiet ta’ sħubija ffirmati bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.
Ir-rapport ikkonkluda li l-fondi ffukaw fuq it-tkabbir u l-impjiegi, identifikaw il-ħtiġijiet tal-investiment u rnexxielhom isarrfu dawn f’għanijiet u riżultati. Madankollu, dan innota wkoll li ġew żviluppati wisq indikaturi tal-prestazzjoni u l-kejl tal-prestazzjoni mhuwiex armonizzat bejn id-diversi fondi.
Ir-Regolament (UE) 2020/460 jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi biex jiġu mmobilizzati investimenti fis-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri u setturi oħrajn tal-ekonomiji tagħhom b’reazzjoni għat-tifqigħa tal-COVID‐19 (inizjattiva ta’ investiment fir-rispons għall-coronavirus).
Ir-Regolament (UE) 2020/558 jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi biex tingħata flessibbiltà eċċezzjonali lill-Istati Membri għall-użu tal-fondi SIE b’reazzjoni għat-tifqigħa ta’ COVID-19. Dan joffrilhom il-possibbiltà li jimmobilizzaw l-appoġġ kollu mhux użat mill-FEŻR, il-FSE u l-FK.
Ir-Regolament (UE) 2020/2221 jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 billi jintroduċi riżorsi addizzjonali eċċezzjonali u jimplimenta arranġamenti taħt l-għan ta’ investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u l-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea biex jipprovdi assistenza li tippermetti tiswija tad-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u għat-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija.
Ir-Regolament (UE) 2020/2220 jestendi sal- kemm l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għall-programmi appoġġati mill-FAEŻR kif ukoll il-perjodu ta’ żmien ta’ dawk il-programmi. Dan huwa soġġett għall-preżentazzjoni ta’ talba biex jiġu emendati l-programmi ta’ żvilupp rurali rilevanti għall-perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ sentejn, li se jibqa’ għaddej sakemm il-politika agrikola komuni l-ġdida tiġi implimentata mill-.
Azzjoni ta’ Koeżjoni għar-Refuġjati fl-Ewropa (CARE)
Wara l-invażjoni mir-Russja tal-Ukrajna, ir-Regolament (UE) 2022/562 jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 b’dawn il-modi li ġejjin:
Jippermetti finanzjament reċiproku bejn il-fondi FEŻR u FSE biex jindirizzaw l-influss ta’ refuġjati. Pereżempju, dan jippermetti lill-Istati Membri li jergħġu jallokaw riżorsi li qabel kienu indikati għal proġetti ta’ infrastruttura biex ikunu direzzjonati għall-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni.
Jippermetti akbar flessibbiltà biex jirdirezzjonaw il-finanzjament li ma jkunx intefaq tal-politika ta’ koeżjoni mill-perjodu baġitarju 2014–2020, inkluż REACT-EU.
Jestendi b’sena kontabilistika 100% tal-finanzjament mill-baġit tal-UE għal programmi ta’ koeżjoni (kuntrarju għall-kofinanzjament obbligatorju nazzjonali taħt ċirkostanzi normali) biex itaffu l-piż fuq il-baġits nazzjonal u reġjonali.
Jippermetti r-rimbors ta’ operazzjonijiet li ħadu ħsieb l-isfidi tal-migrazzjoni imma li bdew qabel ma setgħet issir talba formali lill-Kummissjoni. Tali proġetti huma eliġibbli mill-, diment li jikkonformaw ma’ regoli speċifiċi għal fondi.
Żieda fil-prefinanzjament minn riżorsi REACT-EU u t-twaqqif ta’ kost unitarju (CARE+)
Biex tikkumplimenta dawn il-miżuri, it-tieni emenda kienet introdotta biex jiżdied il-prefinanzjament minn riżorsi REACT-EU u biex tistabbilixxi kost unitarju, magħruf bħala CARE+ (Regolament (UE) 2022/613). L-iskop ewlieni ta’ dan ir-regolament hu li jipprovdi likwidità addizzjonali u jissimplifika l-proċeduri amministrattivi relatati man-nefqa.
Il-prefinanzjament miżjud ġie mill-baġit REACT-EU, fejn l-Istati Membri jirċievu 4% addizzjonali u b’hekk tiżdied ir-rata tal-prefinanzjament minn 11% għal 15%. Barra minn hekk, l-Istati Membri li għandhom il-fruntiera mal-Ukrajna jew li kellhom influss ta’ refuġjati li jaqbeż il-1% tal-popolazzjoni tagħhom fl-ewwel xahar wara l-invażjoni Russa, jirċievu 34% addizzjonali, u b’hekk tiżdied ir-rata ta’ prefinanzjament minn 11% għal 45%. Dawn id-disa’ StatiMembri huma l-Bulgarija, iċ-Ċekja, l-Estonja, il-Litwanja, l-Ungerija, l-Awstrija, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja
L-opzjoni ta’ għażla simplifikata fil-livell tal-UE għandha l-għan li tnaqqas b’mod sinifikanti l-piż amministrattiv ħalli l-isforzi jkunu jistgħu jkunu ffukati fuq il-kisba ta’ objettivi ta’ politika aktar wiesgħa, u verifika ta’ ġestjoni u ta’ kontroll fit-tul ma jittardjawx l-implimentazzjoni. Minflok ma tipprodi dokumentazzjoni għal kull xirja (pereżempju, kutri, oġġetti tal-iġjene, oġġetti bażiċi tal-ikel u personali), l-awtorità ta’ ġestjoni tista’ sempliċiment titlob għal kost unitarju ta’ €40 fil-ġimgħa għal kull persuna b’protezzjoni temporanja (jew protezzjoni xierqa taħt il-liġi nazzjonali) għal massimu ta’ 13-il ġimgħa. Din l-opzjoni tista’ tindirizza b’mod effettiv l-ispejjeż li jkollhom organizzazzjonijiet mhux governattivi u awtoritajiet lokali li taw appoġġ immedjat fil-fruntiera mill-ewwel jum tal-invażjoni. L-opzjoni tal-kost simplifikat kienet imsaħħa addizzjonalment mill-emenda FAST-CARE, li żiedet l-ammont għal €100 fil-ġimgħa għal kull persuna u estendiet l-appoġġ għal 26 ġimgħa (ara hawn taħt).
Assistenza flessibbli għat-territorji — FAST-CARE
Regolament (UE) 2022/2039 jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-regolament jistabbilixxi r-regoli għall-perjodu 2021–2027, Regolament (UE) 2021/1060 (ara s-sommarju). Minħabba li dan jikkonċerna l-modifiki tar-regolament 2014–2020 dwar il-provvedimenti komuni, ir-regoli għandhom l-għan li jintroduċu akbar flessibbiltà biex jgħinu jsaħħu l-użu tar-riżorsi mill-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020 u li jħallu introduzzjoni progressiva aktar lixxa ta’ proġetti li jkollhom dewmien bejn il-programmi tal-2014–2020 u tal-2021–2027.
B’mod eċċezzjonali, għal operazzjonijiet li jindirizzaw sfidi tal-migrazzjoni bħala konsegwenza tal-aggressjoni militari tar-Russja, dan jippermetti eżenzjoni mir-rekwiżiti marbuta mal-post tal-operazzjoni fi ħdan Stat Membru, peress li n-nies li qed jaħarbu mill-gwerra jmorru ġo postijiet multipli wara l-wasla tagħhom.
Dan jintroduċi l-possibbilità li tiddikjara l-ispiża għal operazzjonijiet li diġà jkunu lesti fiżikament jew li jkunu implimentati kompletament u jintroduċi flessibbilitajiet bejn fondi biex jippermettu l-użu tal-Fond ta’ Koeżjoni għal operazzjonijiet li jindirizzaw l-isfidi tal-migrazzjoni li huma riżultat tal-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna, u bejn objettivi tematiċi, li jippermettu trasferimenti fi ħdan programmi.
Dan jippermetti rata ta’ kofinanzjament sa 100% li tista’ tkun applikata għal linja ta’ prijorità separata stabbilita fi ħdan programm li jippromwovi l-integrazzjoni soċjoekonomika ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, inklużi dawk dedikati għal operazzjonijiet li jindirizzaw sfidi ta’ migrazzjoni li huma riżultat tal-aggressjoni militari Russa. Tal-inqas 30% tal-allokazzjoni finanzjarja ta’ tali prijorità separata trid tkun allokata għal operazzjonijiet li l-benefiċjarji tagħhom huma awtoritajiet lokali jew organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fil-livell tal-komunità lokali.
Dan jirrilaxxa l-kriterja biex “jitqassmu f’fażijiet” proġetti bejn il-perjodi baġitarji 2014–2020 u 2021–2027 billi jnaqqsu l-limitu minimu tal-ispiża totali tal-proġett minn €5 miljuni għal €1 miljun biex din tkun eliġibbli għat-tqassim f’fażijiet, fost kriterja oħra speċifika. Dan effettivament jittrasferixxi l-partijiet li jibqgħu tal-proġett għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss, u b’hekk jirrilaxxa riżorsi fil-perjodu 2014–2020. Dawn jistgħu mbagħad ikunu wżati biex jindirizzaw sfidi tal-migrazzjoni jekk l-Istat Membru jkun irid hekk.
Dan issaħħaħ l-opzjoni tal-kost simplifikat billi jżid l-ammont tal-kost unitarju minn €40 għal €100 fil-ġimgħa għal kull persuna u billi jtawwal l-appoġġ minn 13-il ġimgħa għal 26 ġimgħa. Dan japplika għan-nies kollha li jkunu talbu u ngħataw protezzjoni temporanja jew protezzjoni oħra adegwata taħt il-liġi nazzjonali.
Dan iżid il-flessibbiltà fl-aħħar tal-programmi 2014–2020 billi jżid il-pagamenti tal-bilanċ finali għal kull prijorità għal kull fond u għal kull kategorija ta’ reġjuni fis-sena kontabilistika finali minn 10% għal 15% Dan ifisser li jekk, pereżempju, linja ta’ prijorità (tip speċifiku ta’ investiment) jkun ikkuntrattwat bil-kbir b’15%, dan l-ammont jista’ jkun iffinanzjat bl-istess ammont minn linja ta’ prijorità oħra li ma tkunx irnexxiet daqs kemm mistenni, diment li jkun rigward l-istess programm, l-istess kategorija ta’ reġjun u l-istess fond.
Appoġġ għal enerġija affordabbli (SAFE)
Bħal parti mill-emendi inklużi f’Regolament (UE) 2023/435, il-bidliet fil-mira u eċċezzjonali għar-regolament dwar il-provvedimenti komuni 2014–2020, magħrufa bħala SAFE, għandhom l-għan li jappoġġjaw lill-Istati Membri u lir-reġjuni li jkunu qed jiffaċċjaw l-isfidi li huma riżultat tal-kriżi tal-enerġija kurrenti.
Speċifikament, SAFE tipprovdi għal:
finanzjament ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju li huma partikolarment affettwati miż-żieda fil-prezz tal-enerġija, konformi mar-regoli applikabbli dwar għajnuna mill-Istat.
finanzjament tal-ispejjeż tal-konsum tal-enerġija ta’ familji vulnerabbli sabiex jindirizzaw il-faqar tal-enerġija;
jipprovdu appoġġ imsaħħaħ għal skemi ta’ ħin tax-xogħoliqsar biex jitħarsu l-impjiegi ta’ impjegati u nies li jaħdmu għal rashom permezz tal-użu possibbli tal-FEŻR, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-FSE.
Dawn il-bidliet fil-mira huma bbażati fuq l-istess regoli bħall-flesssibbiltajiet ta’ qabel offruti minn CARE u FAST-CARE.
Il-fondi ta’ politika ta’ koeżjoni kollha (FEŻR, FSE u l-Fond ta’ Koeżjoni) jistgħu jintużaw biex joffru appoġġ għal dawn il-miżuri permezz ta’ sussidju inkroċjat, u riżorsi REACT-EU jistgħu jintużaw ukoll.
Riżorsi minnkwalunkwe waħda minn dawn it-tliet kategoriji ta’ reġjuni (iktar żviluppati, ta’ tranżizzjoni u inqas żviluppati) jistgħu jintużaw biex jappoġġjaw dawn il-miżuri, u jneħħu l-obbligi marbuta mal-post tal-operazzjoni.
L-azzjonijiet proposti kollha jistgħu jibbenefikaw minn 100% tal-kofinanzjament tal-UE.
In-nefqa ser tkun eliġibbli mill- sat-tmiem tal-2023, inklużi operazzjonijiet li jkunu diġà lesti.
Il-baġit għal dawn il-miżuri eċċezzjonali jistgħu jammontaw għal massimu ta’ 10% tal-allokazzjoni tal-fondi totali tal-politika ta’ koeżjoni nazzjonali għal 2014–2020.
Pagamenti mill-Kummissjoni għall-Istati Membri ma jridux jeċċedu €5 biljuni fl-2023.
MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?
Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 ilu japplika mill-.
Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, , pp. 320–469).
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
DOKUMENTI RELATATI
Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Politika tal-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi (ĠU L 231, , pp. 159–706).
Ir-Regolament (UE) 2020/2220 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-appoġġ mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) fis-snin 2021 u 2022 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tar-riżorsi u l-applikazzjoni fis-snin 2021 u 2022 u r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tar-riżorsi u d-distribuzzjoni ta’ tali appoġġ fir-rigward tas-snin 2021 u 2022 (ĠU L 437, , pp. 1–29).
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri Rapport Speċjali Nru 2/2017: In-negozjar, li sar mill-Kummissjoni, tal-Ftehimiet ta’ Sħubija 2014–2020 u l-programmi fil-qasam tal-Koeżjoni: l-infiq qed ikun aktar immirat lejn il-prijoritajiet tal-Ewropa 2020, iżda l-arranġamenti għall-kejl tal-prestazzjoni qed isiru dejjem aktar kumplessi.
Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, , pp. 166).
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/190/EU tat- li tistabbilixxi t-tqassim annwali skont l-Istat Membru tar-riżorsi globali għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni taħt l-għan għal investiment għal tkabbir u impjiegi u l-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea, it-tqassim annwali skont l-Istat Membru tar-riżorsi mill-allokazzjoni speċifika għall-inizjattiva favur l-impjieg taż-żgħażagħ flimkien mal-lista ta’ reġjun eliġibbli u l-ammonti li għandhom jiġu ttrasferiti mill-allokazzjonijiet mill-Fond ta’ Koeżjoni ta’ kull Stat Membru u tal-Fondi Strutturali għall-Faċilità Nikkolegaw l-Ewropa u għall-għajnuna maħsuba għall-persuni l-iktar fil-bżonn għall-perjodu 2014–2020 (ĠU L 104, , pp. 13–42).
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 522/2014 tal- li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dettaljati dwar il-prinċipji għall-għażla u l-ġestjoni ta’ azzjonijiet innovattivi fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli li għandhom jiġu appoġġati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ĠU L 148, , pp. 1–3).
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/2014 tal- li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli speċifiċi dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa għall-programmi ta’ kooperazzjoni (ĠU L 138, , pp. 45–50).
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 tat- li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (ĠU L 138, pp. 5–44).
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 288/2014 tal- li jistabbilixxi regoli skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd fir-rigward ta’ mudell għal programmi operazzjonali skont l-għan ta’ Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u skont ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea fir-rigward ta’ mudell għall-programmi ta’ kooperazzjoni skont il-mira ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea. (ĠU L 87, , pp. 1–48).
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014 tas- dwar il-kodiċi tal-kondotta Ewropea dwar sħubija fil-qafas ta’ Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (ĠU L 74, , pp. 1–7).
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 215/2014 tas- li jistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd fir-rigward ta’ metodoloġiji tal-appoġġ għat-tibdil fil-klima, id-determinazzjoni tal-istadji importanti u l-miri fil-qafas tal-prestazzjoni u n-nomenklatura ta’ kategoriji ta’ intervent għall-Fondi ta’ Investiment Strutturali Ewropej (ĠU L 69, , p. 65–84).
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 184/2014 tal- li jistabbilixxi skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd, it-termini u l-kundizzjonijiet li japplikaw għas-sistema elettronika ta’ skambju ta’ dejta bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni u li jadotta skont ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-mira ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea, in-nomenklatura tal-kategoriji ta’ intervent għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali taħt il-mira ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (ĠU L 57, , pp. 7–20).
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/99/UE tat- li tistabbilixxi l-lista ta’ reġjuni eliġibbli għal finanzjament mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Soċjali Ewropew u l-Istati Membri eliġibbli għal finanzjament mill-Fond Soċjali Ewropew għall-perjodu 2014–2020 (ĠU L 50, , pp. 22–34).
Ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea (ĠU L 347, , pp. 259–280).
Ir-Regolament (UE) Nru 1300/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006 (ĠU L 347, , pp. 281–288).
Ir-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 (ĠU L 347, , pp. 289–302).
Ir-Regolament (UE) Nru 1302/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1082/2006 dwar raggruppament Ewropew ta’ kooperazzjoni territorjali (REKT) fir-rigward tal-kjarifika, is-simplifikazzjoni u t-titjib għat-twaqqif u l-funzjonament ta’ tali raggruppamenti (ĠU L 347, , pp. 303–319).
Ir-Regolament (UE) 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2006 (ĠU L 347, , pp. 470–486).
Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, , pp. 487–548).