This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Statistika tal-qbid għas-sajd fl-Atlantiku
SOMMARJU TA’:
X’INHU L-GĦAN TA’ DAWN IR-REGOLAMENTI?
It-3 regolamenti jikkonċernaw il-preżentazzjoni mill-pajjiżi tal-UE lill-Kummissjoni Ewropea (Eurostat) ta’ statistika preċiża u f’waqtha dwar il-qbid minn bastimenti tas-sajd:
Ir-Regolamenti (KE) Nru 217/2009, (KE) Nru 218/2009 u (KE) Nru 216/2009 iħassru u jirrevedu regolamenti tal-UE diġà eżistenti dwar l-istatistika tal-attività u l-qbid tas-sajd (ir-Regolamenti (KEE) Nru 2018/93, (KEE) Nru 3880/91 u (KE) Nru 2597/95 rispettivament).
PUNTI EWLENIN
Kull wieħed mir-regolamenti jitlob lill-pajjiżi tal-UE jippreżentaw lill-Kummissjoni (Eurostat) data dwar il-qbid nominali* annwali minn bastimenti rreġistrati f’dak il-pajjiż jew li jtajru l-bandiera tiegħu. Id-data tiġi rreġistrata bħala ekwivalenti ta’ piż ħaj tal-iżbarki (il-ħut li jinħatt fuq ix-xatt) jew trasbordi* għall-eqreb tunnellata.
Kull regolament jispeċifika d-data sa meta l-pajjiżi jridu jipprovdu d-data mitluba lill-Kummissjoni (Eurostat) u l-formati li fihom trid tiġi trażmessa d-data.
Fir-rigward tas-sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral, ir-Regolament (KE) Nru 217/2009 barra minn hekk jitlob data dwar qabdiet u attività tas-sajd korrispondenti mqassma skont ix-xahar kalendarju tal-qabda, l-irkaptu tas-sajd, id-daqs tal-bastimenti u l-ispeċijiet ewlenin imfittxija. Jekk il-pajjiż inkwistjoni ma jkunx stad fl-Atlantiku tal-Majjistral fis-sena kalendarja preċedenti, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan.
Il-Kummissjoni tista’ temenda l-listi ta’ speċijiet u r-reġjuni tas-sajd statistiċi, id-deskrizzjonijiet ta’ dawk ir-reġjuni tas-sajd u l-livell ta’ aggregazzjoni tad-data permess.
Ħlief fejn ir-regoli adottati skont il-politika komuni tas-sajd tal-UE jitolbu mod ieħor, il-pajjiżi tal-UE jistgħu jużaw tekniki ta’ kampjunar biex jiksbu data ta’ qbid għal dawk il-partijiet tal-bastiment li għalihom il-kopertura sħiħa tad-data tinvolvi l-applikazzjoni eċċessiva ta’ proċeduri amministrattivi.
Il-pajjiżi tal-UE kellhom jippreżentaw rapporti lill-Kummissjoni li fihom jipprovdu:
Dawn ir-rapporti jridu jiġu ppreżentati sa:
META JIBDEW JAPPLIKAW IR-REGOLAMENTI?
Dawn jibdew japplikaw mill-20 ta’ April 2009.
SFOND
Għal aktar informazzjoni, ara:
TERMINI EWLENIN
DOKUMENTI EWLENIN
Ir-Regolament (KE) Nru 216/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta’ statistiċi ta’ qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu f’ċerti żoni li mhumiex fl-Atlantiku tat-Tramuntana (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 87, 31.3.2009, pp. 1-41)
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 216/2009 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Ir-Regolament (KE) Nru 217/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni tal-istatistika tal-qabda u tal-attività mill-Istati Membri li jistadu fil-Majjistral tal-Atlantiku (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 87. 31.3.2009, pp. 42-69)
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta’ statistiċi ta’ qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu fil-grigal tal-Atlantiku (tfassil mill-ġdid) ĠU L 87, 31.3.2009, pp. 70-108)
Ara l-verżjoni konsolidata.
l-aħħar aġġornament 04.12.2017