Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Produzzjoni agrikola — statistika tal-għelejjel

SOMMARJU TA’:

Regolament (KE) Nru 543/2009 — statistika tal-għelejjel

X’INHU L-GĦAN TA’ DAN IR-REGOLAMENT?

Huwa jistabbilixxi regoli komuni għal ġbir ta’ statistika madwar l-UE dwar l-użu tal-art agrikola u l-produzzjoni tal-għelejjel.

PUNTI EWLENIN

Il-pajjiżi tal-UE għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni Ewropea (Eurostat) bi statistika agrikola annwali ta’ kwalità dwar l-użu tal-art u l-produzzjoni totali ta’:

  • għelejjel minn art li tinħarat;
  • ħxejjex, bettieħ u frawli, u
  • għelejjel permanenti1;

Il-pajjiżi tal-UE għandhom:

  • jipprovdu d-data kull sena, fi żmien stipulat, għas-sena ta’ ħsad2 rilevanti;
  • jiżguraw li d-data tkun preċiża;
  • jipprovdu rapporti lill-Kummissjoni kull tliet snin, u għall-ewwel darba fl-, dwar il-kwalità tad-data trasmessa.

Il-Kummissjoni Ewropea tista’:

  • temenda elementi mhux essenzjali tal-leġiżlazzjoni. Hija għamlet dan permezz tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/1557 meta aġġornat l-anness li fih il-lista sħiħa tal-għelejjel koperti mir-regolament.

Id-data tkopri aktar minn 100 għelejjel f’kategoriji u f’subkategoriji differenti:

  • ċereali (17-il kategorija),
  • għelejjel prinċipali oħrajn, bħal
    • legumi mnixxfin (bħal fażola, għads u piżelli),
    • proteini,
    • għelejjel tal‐għeruq (bħal patata u pitravi zokkrija),
    • għelejjel industrijali (bħal qoton, għelejjel taż‐żrieragħ żejtnin, ħops u tabakk) (29),
  • ħxejjex (40),
  • għelejjel permanenti (41),
  • żona agrikola utilizzata (18).

MINN META JAPPLIKA DAN IR-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mill-.

SFOND

Statistika preċiża u f’waqtha tal-għelejjel hija essenzjali sabiex tiġi ggarantita amministrazzjoni tajba tal-politika agrikola komuni u l-ġestjoni tad-diversi swieq individwali tal-prodotti.

Id-data dwar iċ-ċereali ilha disponibbli mill-1955 u mill-bidu tas-sittinijiet għall-frott u l-ħxejjex. Ħafna mill-gvernijiet tal-UE bdew jibagħtu data fis-snin 70 u 80, ladarba ssieħbu fl-UE.

Il-Eurostat, l-uffiċċju tal-istatistika tal-UE, jippubblika data mill-pajjiżi tal-UE, l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera) u pajjiżi kandidati attwali u potenzjali.

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

  1. Għelejjel permanenti: għelejjel li jinħasdu minn arbuxxelli perenni, siġar u dwieli bħal lampun, tuffieħ u għeneb.
  2. Sena ta’ ħsad: is-sena kalendarja fejn jibda l-ħsad.

DOKUMENT EWLIENI

Regolament (KE) Nru 543/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- dwar l-istatistika tal-għelejjel u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 837/90 and (KEE) Nru 959/93 (ĠU L 167, , pp. 1-11)

Emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 543/2009 ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni kkonsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament

Top