EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-ħarsien tas-saħħa u tal-ambjent minn sustanzi niġġiesa organiċi persistenti

Sustanzi niġġiesa organiċi persistenti (POPs)* joħolqu riskju konsiderevoli għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Hawnhekk, l-UE tieħu azzjoni kontra dan ir-riskju.

ATT

Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropewu tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE

SOMMARJU

Sustanzi niġġiesa organiċi persistenti (POPs)* joħolqu riskju konsiderevoli għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Hawnhekk, l-UE tieħu azzjoni kontra dan ir-riskju.

X’JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

Joħloq qafas legali biex tiġi protetta s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent permezz tal-projbizzjoni, l-eliminazzjoni gradwali malajr kemm jista’ jkun, jew ir-restrizzjoni tal-produzzjoni, tat-tqegħid fis-suq, u l-użu ta’ POPs. Jistabbilixxi wkoll regoli biex jiġu trattati ħażniet u skart li jkun fihom POPs.

PUNTI EWLENIN

  • Fl-Anness tar-Regolament, il-POPs ġew maqsumin f’listi: (Anness I) sustanzi soġġetti għal projbizzjoni; (II) sustanzi soġġetti għal restrizzjonijiet; (III) sustanzi soġġetti għal tnaqqis fir-rilaxx; u (IV) sustanzi soġġetti għal dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni tal-iskart.
  • Hemm xi kundizzjonijiet fejn il-POPs huma eżentati mill-miżuri ta’ kontroll ta’ dan ir-Regolament, bħal meta jintużaw għal riċerka fil-laboratorju, jew jekk iseħħu bħala kontaminanti f’ammonti żgħar mhux intenzjonati f’sustanzi oħra.
  • Il-pajjiżi tal-UE jridu jistabbilixxu inventarji għal POPs li jiġu prodotti b’mod mhux intenzjonat, ifasslu pjanijiet ta’ implimentazzjoni nazzjonali, jimmonitorjaw il-POPs f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea, u jieħdu sehem fi skambji ta’ informazzjoni kemm ma’ pajjiżi oħrajn tal-UE kif ukoll ma’ pajjiżi mhux tal-UE.
  • Dan ir-Regolament jimplimenta 2 Konvenzjonijiet internazzjonali li jindirizzaw il-POPs fl-Unjoni Ewropea: il-Protokoll Aarhus tal-1998 għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfini tal-Arja Fuq Distanza Twila rigward Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes, u l-Konvenzjoni ta' Stokkolma tal-2001 dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes.

TERMINI EWLENIN

*Sustanzi niġġiesa organiċi persistenti (POPs) huma sustanzi kimiċi, bħal pestiċidi jew kimiċi industrijali, li jibqgħu fl-ambjent, jidħlu fil-katina alimentari, u jheddu s-saħħa tal-bniedem u lill-ambjent.

Huwa komuni ħafna li POPs jiġu trasportati ’l bogħod ħafna mis-sors tal-oriġini tagħhom, u dan jagħmilha problema verament globali.

Għal aktar tagħrif, ara s-s-sit tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-POPs - Sustanzi Niġġiesa Organiċi Persistenti.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004

20.5.2004

-

ĠU L 158 tat-30.4.2004, p. 7-49

Rettifika

-

-

ĠU L 229 tad-29.6.2004, p. 5-22

Fit-test bażiku ġew inkorporati emendi u korrezzjonijiet suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 850/2004. Din il-verżjoni konsolidata hija għal referenza biss.

l-aħħar aġġornament 30.06.2015

Top