Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

REACH (qafas regolatorju għas-sustanzi kimiċi)

Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 li jistabbilixxi s-sistema "REACH" (ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi). Jimmira li jipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent billi jiżgura sigurtà akbar fil-produzzjoni u fl-użu tas-sustanzi kimiċi.

REACH, li daħal fis-seħħ fl-2007, japplika għas-sustanzi kimiċi kollha, u għaldaqstant għandu impatt fuq bosta negozji.

Jeħtieġ lil kumpaniji jidentifikaw u jiġġestixxu r-riskji marbutin mas-sustanzi li huma jimmanifatturaw u jbiegħu fl-UE. Din l-informazzjoni għandha tintbagħat lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) f'Ħelsinki għar-reġistrazzjoni f'database.

Il-kumpaniji għandhom juru wkoll l-użu sikur tas-sustanza u għandhom jikkomunikaw il-miżuri tal-ġestjoni tar-riskji lill-utenti. Sustanzi mhux irreġistrati ma jistgħux jiġu mmanifatturati fl-UE u lanqas jistgħu jiġu importati fl-UE.

L-awtoritajiet (il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet nazzjonali relevanti) jidentifikaw sustanzi ta' tħassib għoli ħafna u jpoġġuhom fil-lista ta' kandidati ta' REACH. Dawn is-sustanzi sejrin eventwalment jitneħħew mis-suq bil-mod il-mod. Il-lista sservi bħala inċentiv għall-kumpaniji li jużaw dawn is-sustanzi sabiex ifittxu għal alternattivi aktar sikuri jew għal soluzzjonijiet innovattivi.

ARA WKOLL

Top