Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Riżorsi proprji

Ir-riżorsi proprji tal-UE huma s-sorsi ewlenin ta’ dħul għall-baġit tal-UE. In-nefqa annwali tagħha ma tistax taqbeż id-dħul tagħha (jiġifieri hija għandha topera baġit bilanċjat).

Hemm 4 tipi ta’ riżorsi proprji.

  • Tradizzjonali. Dan jinkludi prinċipalment id-dazji doganali fuq l-importazzjonijiet lejn l-UE. Mill-, il-pajjiżi jżommu 25 % tad-dazji miġbura biex ikopru l-kostijiet tal-ġbir tagħhom.
  • Ibbażati fuq it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT). Rata ta’ 0.3 % tapplika għall-bażi armonizzata tal-VAT ta’ kull pajjiż tal-UE, li hija limitata għal 50 % tal-introjtu nazzjonali gross (ING) tiegħu, u r-rikavati jiġu ttrasferit lill-UE.
  • Ibbażati fuq l-ING. Kull pajjiż tal-UE jittrasferixxi perċentwal uniformi tal-ING tiegħu lill-UE. Il-perċentwal jiġi aġġustat sabiex id-dħul globali jkun jaqbel mal-livell miftiehem tal-pagamenti. Dan huwa l-akbar sors ta’ dħul tal-UE.
  • Waħda ġdida. Mill-, kontribuzzjoni mill-pajjiżi tal-UE bbażata fuq il-kwantità ta’ skart mhux irriċiklat mill-imballaġġ tal-plastik hija riżorsa proprja ġdida tal-UE.

Matul iż-żmien, ġew introdotti mekkaniżmi biex jiġi kkoreġut dak li ġie pperċepit bħala kontribuzzjonijiet eċċessivi minn ċerti pajjiżi. Mill-2021, id-Danimarka, il-Ġermanja, in-Netherlands, l-Awstrija u l-Iżvezja jibbenefikaw minn tali korrezzjonijiet.

Bħala parti mill-adozzjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-2021-2027 u l-pakkett ta’ rkupru, f’Diċembru 2020, il-Kunsill adotta deċiżjoni ġdida dwar ir-riżorsi proprji (id-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053). Dan se jżid l-ammont massimu ta’ riżorsi li jistgħu jintalbu mill-pajjiżi tal-UE fi kwalunkwe sena partikolari biex jiffinanzjaw in-nefqa tal-UE — il-limitu massimu tar-riżorsi proprji — minn 1.20 % għal 1.40 % tas-somma tal-ING tal-EU-27. Dan jirrifletti l-integrazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp fil-baġit tal-UE u jindirizza l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE, li kien kontributur nett għall-baġit.

Id-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053 tawtorizza wkoll lill-Kummissjoni, fuq bażi eċċezzjonali, biex tissellef temporanjament sa EUR 750 biljun fi prezzijiet tal-2018 fis-swieq kapitali biex tindirizza l-konsegwenzi tal-kriżi tal-COVID-19. B’mod parallel, il-limitu massimu tar-riżorsi proprji se jiżdied b’mod eċċezzjonali u temporanju b’0.6 punti perċentwali oħra biex ikopri r-responsabbiltajiet kollha tal-UE li jirriżultaw minn dan is-self sakemm il-fondi kollha mislufa jkunu tħallsu lura.

Biex tidħol fis-seħħ, id-deċiżjoni jeħtieġ li tiġi approvata mis-27 pajjiż tal-UE kollha f’konformità mar-rekwiżiti kostituzzjonali tagħhom.

ARA WKOLL

Top