This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Il-politika ta’ tkabbir tal-UE tittratta l-pajjiżi li attwlament iridu jsiru membri tal-UE. L-għan tagħha huwa li testendi ż-żona ta’ paċi, stabilità u prosperità tal-UE, u tipprovdi benefiċċji politiċi, ekonomiċi u soċjali kemm għal dawn il-pajjiżi kif ukoll għall-UE. L-Artikolu 49 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea huwa l-bażi tal-proċess ta’ tkabbir.
Wara l-ewwel sitt pajjiżi fundaturi — il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Lussemburgu u l-Pajjiżi l-Baxxi — 22 pajjiż ieħor issieħbu fl-UE:
L-Albanija, il-Maċedonja ta’ Fuq, il-Montenegro, is-Serbja u t-Turkija għandhom l-istatus ta’ pajjiżi kandidati.
In-negozjati dwar l-adeżjoni mal-Iżlanda bdew f’Lulju tal-2010 u ġew sospiżi mill-gvern tal-Iżlanda f’Mejju tal-2013. F’Marzu 2015, l-Iżlanda talbet li ma tibqax ikkusidrata bħala pajjiż kandidat għas-sħubija fl-UE.
Il-Bożnija u Ħerzegovina u l-Kosovo* huma pajjiżi kandidati potenzjali.
(1) Wara referendum fl-2016, ir-Renju Unit iddeċieda li jirtira mill-UE, skont l-Artikolu 50 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea; il-perjodu ta’ tranżizzjoni ntemm fil-.
* Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.