Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Koperazzjoni msaħħa

Kooperazzjoni msaħħa (l-Artikolu 20 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Titolu III tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE) hija proċedura fejn minimu ta’ 9 Stati Membri tal-UE jitħallew jistabbilixxu integrazzjoni jew kooperazzjoni avvanzata f’qasam partikolari fi ħdan l-UE, meta jidher ċar li l-UE kollha kemm hi ma tistax tilħaq l-għanijiet ta’ kooperazzjoni bħal din fi żmien raġonevoli.

Dan jippermettilhom jimxu b’veloċità differenti u lejn għanijiet differenti minn dawk l-Istati Membri li jiddeċiedu li jibqgħu barra mill-oqsma ta’ kooperazzjoni msaħħa. Il-proċedura hija mfassla biex tegħleb staġnar fejn proposta partikolari tkun imblukkata minn Stat Membru wieħed jew aktar li ma jridux jieħdu sehem. Madankollu, hija ma tippermettix li ssir estensjoni tas-setgħat barra dawk permessi mit-Trattati tal-UE.

L-awtorizzazzjoni sabiex titwettaq kooperazzjoni msaħħa tingħata mill-Kunsill bħala l-aħħar għażla, fuq proposta mill-Kummissjoni Ewropea u wara l-kisba tal-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.

Minn Frar 2013, din il-proċedura kienet qed tintuża fl-oqsma tal-liġi tad-divorzju, il-privattivi u t-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji, u biex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-UE billi twaqqaf l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (EPPO).

ARA WKOLL

Top