2003R1082 — MT — 07.04.2004 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1082/2003 tat-23 ta’ Ġunju 2003 li jniżżel regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Numru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell minimu ta’ kontrolli li għandhom isiru fil-qafas tas-sistema għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta’ annimali bovini (ĠU L 156, 25.6.2003, p.9) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 499/2004 tas-17 ta' Marzu 2004 |
L 80 |
24 |
18.3.2004 |
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1082/2003
tat-23 ta’ Ġunju 2003
li jniżżel regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Numru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell minimu ta’ kontrolli li għandhom isiru fil-qafas tas-sistema għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta’ annimali bovini
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Numru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ annimali bovini u dwar it-tabellar taċ-ċanga u prodotti taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 820/97 ( 1 ), partikolarment l-Artikolu 10(d) tiegħu,
billi:|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 2630/97 tad-29 ta’ Diċembru 1997 tniżżel regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (EC) No 820/97 dwar il-livell minimu ta’kontrolli li jsiru fil-qafas tas-sistema għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta’ annimali bovini ( 2 ) ġie emendat b’mod kbir kemm -il darba ( 3 ). Għall-iskopijiet taċ-ċarezza u razzjonalità dan ir-Regolament għandu jiġi kkodifikat. |
|
(2) |
Huwa xieraq li jiġi definit livell minimu ta’ kontrolli li għandhom isiru biex tiġi assigurata l-implimentazzjoni tajba għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta’ annimali bovini. |
|
(3) |
L-awtoritajiet lokali kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhu jmexxi kontrolli bbażati fuq analiżi tar-riskju. L-analiżi tar-riskju għandu jikkonsidra kull fattur relevanti, inklużi konsiderazzjonijiet tas-saħħa pubblika u tas-saħħa ta’ l-annimali. |
|
(4) |
Fil-prinċipju, kull annimal ta’ l-azjenda għandhu jiġi sottopost għall-kontrolli. Madankollu, fejn għar-raġunijiet ta’ prattiċità, mhuiex possobbli li jinġabru l-annimali fl-azjenda fi żmien 48 siegħa, l-awtoritajiet lokali kompetenti jistgħu jipprovdu għal sistema xierqa fejn jittieħdui l-kampjuni. |
|
(5) |
L-awtoritajiet lokali kompetenti ta’ kull Stat Membru għandu jmexxi kontrolli fuq il-post, li, ġeneralment, għandhom isiru mingħajr twissija, kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Numru 3508/92 tas-27 ta’ Novembru 1992 li jistabbilixxi sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll għal ċerti skemi Komunitarji ta’ għajnuna ( 4 ), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 495/2001 ( 5 ). |
|
(6) |
L-Istati Membri għandhom jagħmlu rapport ta’ kull sena lill-Kummissjoni fejn għandhom jagħtu dettalji tal-kontrolli. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapport mudell lill-Istati Membri. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal Kumitat għall-Gwida u Garanzija ta’ l-Agrikoltura u tal-Fond ta’ Garanzija, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kontrolli previst fis-sistema għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta’ annimali bovini għandhom mill-inqas iħarsu l-ħtiġijiet minimi skond l-Artikoli 2 sa 5.
Artikolu 2
1. F’kull Stati Membru l-awtorità lokali kompetenti għandha tmexxi kontrolli fuq il-post, li jistgħu jsiru flimkien ma kontrolli oħrajn kif previst fil-leġislazzjoni tal-Komunità. Il-kontrolli għandhom, kull sena, jkopru minimu ta’ 10 % ta’ l-azjenda fit-territorju ta’ kull Stati Membru. Ir-rata minima ta’ kontrolli għandha tiżdied immedjatament meta jiġi stabbilit li l-liġi tal-Komunità dwar l-identifikazzjoni ma ġietx imħarsa.
2. Bħala deroga minn paragrafu 1, fejn Stat Membru għandu database li jaħdem b’mod sħiħ skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Numru 1760/2000 li jipprovdi għall-faċilitajiet għall-cross-checking, rata ta’ 5 % tista’ tkun mistennijja.
3. L-għażla ta’ l-azjendi li għandhom jiġu kkontrollati mill-awtoritajiet lokali kompetenti għandha ssir fuq bażi ta’ l-analiżi tar-riskju.
4. L-analiżi tar-riskju ta’ kull azjenda għandu jikkonsidra b’mod partikolari dan li ġej:
(a) L-ammont ta’ annimali fl-azjenda, inklużi d-dettalji ta’ l-annimali kollha preżenti u annimali identifikati fl-azjenda;
(b) konsiderazzjonijiet tas-saħħa pubblika u ta’ l-annimali, partikolarment tifqiegħ preċedenti ta’ mard;
(ċ) l-ammont ta’ premium bovin meħtieġa ta’ kull sena u/jew mħallsa lill-azjenda, imqabbel ma’ l-ammont mħallas is-sena ta’ qabel;
(d) kambjamenti mhux żagħar meta mqabblin ma’ snin preċedenti;
(e) riżultati ta’ kontrolli li jkunu saru tul is-snin, partikolarment:
(i) li jkun inżamm b’mod xieraq reġistru ta’ l-azjenda, kif previst fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 2629/97 ( 6 );
(ii) li jkunu inżammu b’mod xieraq passaporti ta’ l-annimali preżenti fl-azjenda, kif previst fir-Regolament (KE) No 2629/97;
(f) komunikazzjoni xierqa tad-data lill-awtoritajiet lokali kompetenti;
(g) kriterji oħra li għandhom jiġu iddeterminati mill-l-Istati Membri.
5. Kull kontroll għandu jkun suġġett għar-rapport standardizzat fuq livell nazzjonali li jniżżel ir-riżultati tal-kontrolli u xi tisjibiet mhux xierqa, ir-raġun għall-kontroll u l-persuni preżenti. Il-gwardjan jew ir-rappreżentant tiegħu għandhu jingħata l-opportunità li jiffirma ir-rapport u, kif xieraq, li jesprimi l-osservazzjonijiet dwar il-kontenut tar-rapport.
6. Kopji tar-rapporti skond paragrafu 5 għandhom, fejn jiffliflettu xi ksur tar-Regolament (KE) Numru 1760/2000, jintbagħtu lill-awtoritajiet kompetenti li huma risponsabbli għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 2419/2001 ( 7 ).
Artikolu 3
1. Il-kontroll għandu jkopri l-annimali kollha fl-azjenda li għalihom hija prevista l-identifikazzjoni skond ir-Regolament (KE) Numru 1760/2000.
2. B’deroga minn paragrafu 1, jekk għar-raġuni ta’ prattiċità mhuiex possibbli li l-annimali fl-azjenda jinġabru fi-żmien 48 siegħa, l-awtoritajietet lokali kompetenti jistgħu jipprovdu għal sistema fejn jittieħdu kampjuni iżda għandu jinżamm livell ta’ kontroll xieraq.
Artikolu 4
Kontrolli fuq il-post għandhom isiru, b’mod ġenerali, mingħajr twissija. Fejn tingħata twissija, m’għandiex tkun iktar milli hu neċessarju u, ġeneralment, mhux iktar kmieni minn 48 siegħa qabel.
Artikolu 5
1. Kull Stat Membru għandu jipprovdi rapport lill-Kummissjoni ta’ kull sena, u qabel ►M1 31 ta' Awissu ◄ kull sena, li għandu ikollu d-dettalji li ġejjin:
(a) in-numru ta’ azjendi fl-Istat Membru kkonċernat;
(b) in-numru ta’ kontrolli li saru skond l-artikolu 2;
(ċ) in-numru ta’ annimali li ġew kontrollati;
(d) xi ksur li ġie skopert;
(e) xi sanzjoni li ġiet imposta skond l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Numru 1760/2000.
2. L-informazzjoni msemmija fil-paragraph 1 għandha tiġi trasmessa lill-Kummissjoni skond l-istruttura mudell fl-Anness I.
Artikolu 6
Ir-Regolament (KE) Numru 2630/97 huwa mħassar.
Riferenzi għar-Regolament imħassar għandhom jiġu kkunsidrati bħala riferenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 7
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ għoxrin ġurnata wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjail ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
L-Anness I
Rapport dwar ir-riżultati tal-kontrolli magħmula fis-settur bovin fejn għandu x'jaqsam mad-dispsizzjonijiet tal-Komunità għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni
L-ANNESS II
Ir-Regolament mħassar u l-emendi suċċessivi
— Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 2630/97 (ĠU L 354, tat-30.12.1997, p. 23).
— Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 132/1999 (ĠU L 17, tat-22.1.1999, p. 20).
— Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru No 1898/2000 (ĠU L 228, tat-8.9.2000, p. 22).
L-ANNESS III
Tabella tal-korrelazzjoni
|
Regolament (KE) Numru 2630/97 |
Dan ir-Regolament |
|
L-Artikolu 1 |
L-Artikolu 1 |
|
L-Artikolu 2(1) |
L-Artikolu 2(1) |
|
L-Artikolu 2(2) |
L-Artikolu 2(2) |
|
L-Artikolu 2(3) |
L-Artikolu 2(3) |
|
L-Artikolu 2(4)(a) |
L-Artikolu 2(4)(a) |
|
L-Artikolu 2(4)(b) |
L-Artikolu 2(4)(b) |
|
L-Artikolu 2(4)(c) |
L-Artikolu 2(4)(c) |
|
L-Artikolu 2(4)(d) |
L-Artikolu 2(4)(d) |
|
L-Artikolu 2(4)(e), l-ewwel inċiż |
L-Artikolu 2(4)(e)(i) |
|
L-Artikolu 2(4)(e), it-tieni inċiż |
L-Artikolu 2(4)(e)(ii) |
|
L-Artikolu 2(4)(f) |
L-Artikolu 2(4)(f) |
|
L-Artikolu 2(4)(g) |
L-Artikolu 2(4)(g) |
|
L-Artikolu 2(5) |
L-Artikolu 2(5) |
|
L-Artikolu 2(6) |
L-Artikolu 2(6) |
|
L-Artikolu 3 |
L-Artikolu 3 |
|
L-Artikolu 4 |
L-Artikolu 4 |
|
L-Artikolu 5 |
L-Artikolu 5 |
|
— |
L-Artikolu 6 |
|
L-Artikolu 6 |
L-Artikolu 7 |
|
l-Anness |
L-Anness I |
|
— |
L-Anness II |
|
— |
L-Anness III. |
( 1 ) ĠU L 204, tal-11.8.00, p. 1.
( 2 ) ĠU L 354, tat-30.12.97, p. 23.
( 3 ) Ara l-Anness II.
( 4 ) ĠU L 355, tal-5.12.92, p. 1.
( 5 ) ĠU L 72, ta' l-14.3.1, p. 6.
( 6 ) ĠU L 354, tat-30.12.97, p. 19.
( 7 ) ĠU L 327, tat-12.12.1, p. 11.