26.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/67


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2019 — Workspace Group vs EUIPO — Technopolis (UMA WORKSPACE)

(Kawża T-506/19)

(2019/C 288/82)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Workspace Group plc (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: N. Hine, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Technopolis Oyj (Oulu, il-Finlandja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni “UMA WORKSPACE”– Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 443 111

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Mejju 2019 fil-Każ R 1910/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tilqa’ d-deċiżjoni ta’ oppożizzjoni;

tirrifjuta l-applikazzjoni kkontestata

tikkundanna lill-EUIPO u l-parti l-oħra għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;

Ksur tal-Artikolu 27 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;

Ksur tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) 2017/1001;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) 2017/1001;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) 2017/1001.