12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/43


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2019 — adp Gauselmann vs EUIPO — Gameloft (City Mania)

(Kawża T-381/19)

(2019/C 270/45)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: adp Gauselmann GmbH (Lübbecke, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Koch Moreno, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gameloft SE (Pariġi, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali “City Mania” — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 936 339

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ April 2019 fil-Każ R 976/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara l-appell bħala fondat u tannulla d-deċiżjoni kkontestata, tikkonstata l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti u, konsegwentement, tordna ċ-ċaħda totali tal-applikazzjoni għal trade mark;

tikkundanna lill-EUIPO kif ukoll, skont l-każ, il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.