22.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 246/44


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2019 — Ntolas vs EUIPO — General Nutrition Investment (GN GENETIC NUTRITION LABORATORIES)

(Kawża T-333/19)

(2019/C 246/46)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Christos Ntolas (Wuppertal, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Renger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: General Nutrition Investment Co. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea GN GENETIC NUTRITION LABORATORIES — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 116 678

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Marzu 2019 fil-Każ R 1343/2017-5

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad l-oppożizzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.