22.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 246/32


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Mejju 2019 — BRF Singapore Foods vs EUIPO — Tipiak (Sadia)

(Kawża T-309/19)

(2019/C 246/34)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BRF Singapore Foods Pte Ltd (Singapor, Singapor) (rappreżentant: C. Mateu, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tipiak (Saint-Aignan de Grand Lieu, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva fil-kuluri iswed u abjad — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 084 356

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Marzu 2019 fil-Każ R 1834/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lil Tipiak għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-prinċipji ġenerali tal-Unjoni ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ trattament ugwali;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.