1.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/44


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2019. — Think Schuhwerk vs EUIPO (Forma ta’ estremitajiet ħomor ta’ lazzijiet ta’ żarbun)

(Kawża T-298/19)

(2019/C 220/54)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Think Schuhwerk GmbH (Kopfing, l-Awstrija) (rappreżentant: M. Gail, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark ta’ pożizzjoni tal-Unjoni (Forma ta’ estremitajiet ħomor ta’ lazzijiet ta’ żarbun) — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 152 606

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Marzu 2019 fil-Każ R 1170/2018-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll għal dawk tar-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament;

ksur tal-prinċipju ta’ drittijiet tad-difiża.