17.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 206/93


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2019 — Stada Arzneimittel vs EUIPO — Optima Naturals (OptiMar)

(Kawża T-261/19)

(2019/C 206/81)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Stada Arzneimittel AG (Bad Vilbel, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Optima Naturals Srl (Gallarate, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “OptiMar” — Trade mark tal-Unjoni Nru 15 176 258

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Jannar 2019 fil-Każ R 1348/2018-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.