15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/82


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2019 — L. Oliva Torras vs EUIPO — Mecánica del Frío (Apparat ta’ gganċjar għall-vetturi)

(Kawża T-100/19)

(2019/C 139/83)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: L. Oliva Torras, SA (Manresa, Spanja) (rappreżentant: E. Sugrañes Coca, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mecánica del Frío, SL (Cornellá de Llobregat, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni (Igganċjar għall-vetturi) — disinn tal-Unjoni Nru 2217 588-0001

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 1397/2017-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

fuq il-motiv ta’ invalidità, qed tintalab li l-konklużjonijiet tal-Bord tal-Appell jiġu kkonfermati fuq dan il-punt u li l-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ppreżentati għall-finijiet tal-invalidità ta’ disinn Komunitarju jitwettqu fir-rigward ta’ kull wieħed mill-Artikoli 4 sa 9 tar-Regolament dwar id-disinji Komunitarji “Ħtiġiet għall-protezzjoni”.

rigward id-data preċedenti li fuqha huma bbażati l-allegazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ novità u ta’ karattru individwali, il-paragun magħmul mid-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u mill-Bord tal-Appelli huwa bbażat esklużivament fuq l-immaġni A (rendiment tal-katalgu) huwa żbaljat u huwa mitlub li l-paragun isir billi jitqiesu l-provi kollha prodotti u ċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ inkwistjoni.

fuq il-mertu: nuqqas ta’ novità tad-disinn Komunitarju rreġistrat. Hija mitluba li tiddikjarah invalidu peress li huwa kważi identiku u għaldastant jikkonsisti f’imitazzjoni kważi identika mingħajr awtorizzazzjoni tad-disinn ikkummerċjalizzat mir-rikorrenti. B’riżultat ta’ dan, id-disinn Komunitarju rreġistrat kkontestat ma għandux ir-rekwiżit ta’ novità meħtieġ sabiex jakkwista l-protezzjoni permezz tar-reġistrazzjoni ta’ disinn Komunitarju.

fuq il-mertu: nuqqas ta’ karattru individwali tad-disinn Komunitarju rreġistrat. Huwa mitlub li d-disinn ikkontestat jiġi ddikkjarat invalidu minħabba nuqqas ta’ karattru individwali fir-rigward tad-disinni żvelati minn qabel minn L. Oliva Torras, S.A. filwaqt li jitqies il-marġni żgħir ta’ libertà kreattiva impost mill-funzjonalità teknika tal-parti li għandha tkun immuntata fuq magna partikolari tal-vettura, il-karatteristiċi tal-utent infurmat u x-xebh bejn il-partijiet l-oħra mqabbla.

fuq il-mertu: eżistenza ta’ każijiet ta’ esklużjoni għall-protezzjoni tad-disinn Komunitarju rreġistrat skont l-Artikolu 8 tar-Regolament dwar id-disinji Komunitarji. Ir-rikorrenti titlob li d-disinn ikkontestat jiġi ddikjarat invalidu minħabba li huwa suġġett għall-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 8(1) u (2) peress li d-dehra tad-disinn hija ddettata esklużivament mill-funzjoni teknika tiegħu, u jiġi ddikjarat invalidu minħabba li huwa suġġett għall-projbizzjoni assoluta li hemm fl-Artikolu 4 tar-Regolament dwar id-disinji Komunitarji peress li jikkostitwixxi komponent ta’ prodott kumpless.

fuq il-mertu: id-disinn Komunitarju rreġistrat imur kontra l-Artikolu 9 tar- Regolament dwar id-disinji Komunitarji. Huwa mitlub li tiġi kkonfermata d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appelli dwar dan il-punt.

konformement mal-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, “Regoli ġenerali dwar it-tqassim tal-ispejjeż”, huwa mitlub li l-parti li ġiet miċħuda t-talbiet tagħha tiġi ordnata tbati l-ispejjeż, jekk il-parti l-oħra tkun talbet dan.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 5, 6, 8 u 9 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002.