15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/68


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2019 — Broughton vs Eurojust

(Kawża T-87/19)

(2019/C 139/71)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Jon Broughton (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: D.C. Coppens, avukat)

Konvenuta: Eurojust

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla bis-saħħa tal-Artikolu 270 TFUE, id-deċiżjonijiet ikkontestati ta’ Eurojust 62/2018/AD, tal-20 ta’ Novembru 2018, AD 2018-26 u AD 2018-27, tal-4 ta’ Mejju 2018, kif ukoll id-deċiżjoni ta’ rkupru tal-ammonti mħallsa indebitament tal-4 ta’ Mejju 2018;

tiddikjara li l-Franċiż għandu jitqies bħala t-tieni lingwa ta’ J. Broughton u l-Olandiż għandu jitqies bħala t-tielet lingwa tiegħu;

tiddikjara li l-irkupru ordnat fir-rigward tar-rikorrent huwa illegali, twaqqfu u tiddikjara li l-ammonti rkuprati minn Eurojust għandhom jingħataw lura lir-rikorrent;

tiddikjara li Eurojust għandha terġa’ tqiegħed lir-rikorrent fl-istess sitwazzjoni ġuridika li huwa kien jinsab fiha qabel id-deċiżjonijiet ikkontestati;

tikkundanna lil Eurojust għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, intiż kontra d-deċiżjonijiet ikkontestati kollha, huwa ibbażat fuq il-fatt li:

l-investigazzjoni ma twettqitx b’mod oġġettiv u metikoluż;

il-fatti li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni ma ġewx stabbiliti abbażi ta’ investigazzjoni metikoluża u indipendenti;

id-deċiżjoni ma hijiex sostnuta mill-fatti;

l-interessi tar-rikorrent ma ttieħdux biżżejjed inkunsiderazzjoni, bi ksur tal-prinċipju ta’ “opportunitajiet ugwali għall-partijiet”.

2.

It-tieni motiv, intiż kontra d-deċiżjonijiet AD 2018-26 u AD 2018-27, huwa ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjonijiet ma humiex sostnuti mill-fatti:

il-fatti li fuqhom id-deċiżjoni hija bbażata ma jistgħux isostnuha;

il-fatti ġew evalwati b’mod żbaljat;

il-provi ġew evalwati b’mod żbaljat.

3.

It-tielet motiv, intiż kontra d-deċiżjoni ta’ rkupru, huwa bbażat fuq il-fatt li:

id-deċiżjoni ma hijiex sostnuta mill-fatti;

id-deċiżjoni ma hijiex motivata biżżejjed.