1.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/21


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2019 — Rot Front vs EUIPO — Kondyterska korporatsiia “Roshen” (РОШЕН)

(Kawża T-63/19)

(2019/C 122/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Rot Front OAO (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: M. Geitz u J. Stock, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dochirnie pidpryiemstvo Kondyterska korporatsiia “Roshen” (Kiev, l-Ukraina)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva “РОШЕН” — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea Nru 11 233 784

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 1872/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 94(1), 47(5) u 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.