11.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/73


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Jannar 2019 – Idea Groupe vs EUIPO – The Logistical Approach (Idealogistic Verhoeven Greatest care in getting it there)

(Kawża T-29/19)

(2019/C 93/95)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Idea Groupe (Montoir de Bretagne, Franza) (rappreżentant: P. Langlais, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: The Logistical Approach BV (Uden, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Idealogistic Verhoeven Greatest care in getting it there, bil-kuluri iswed u abjad u tipi ta’ blu – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 567 184

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 2064/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

tikkundanna lill-kumpannija The Logistical Approach B.V għall-ispejjeż sostnuti għall-intervent tagħha jekk din tintervjeni.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.