5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fit-2 ta’ Mejju 2019 — D. J. vs Radiotelevizija Slovenija

(Kawża C-344/19)

(2019/C 263/35)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Vrhovno sodišče Republike Slovenije

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: D. J.

Konvenuta: Radiotelevizija Slovenija

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża inkwistjoni għandu jitqies bħala ħin tax-xogħol il-perijodu ta’ stand-by li matulu l-ħaddiem li jaħdem f’ċentru ta’ trażmissjoni tat-televiżjoni, meta jkun liberu (peress li l-preżenza fiżika tiegħu fuq il-post tax-xogħol ma tkunx neċessarja), għandu jkun jista’ jiġi kkuntattjat permezz tat-telefon u jirritorna fuq il-post tax-xogħol, fil-każ ta’ bżonn, fi żmien siegħa?

2)

Il-fatt li l-ħaddiem jirrisjedi f’residenza li tinsab fil-post fejn huwa jwettaq xogħlu (ċentru ta’ trażmissjoni tat-televiżjoni) peress li l-karatteristiċi ġeografiċi tal-post jirrendu impossibbli (jew iktar diffiċli) li huwa jirritorna kuljum ix-xogħol (“fil-wied”) għandu effett fuq id-definizzjoni tal-istand-by fiċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża?

3)

Ir-risposta għad-domandi preċedenti hija differenti jekk il-post involut ikun wieħed fejn il-possibbiltajiet li jiġu eżerċitati attivitajiet rikreattivi jkunu limitati minħabba l-karatteristiċi ġeografiċi tal-imsemmi post u jekk il-ħaddiem ikun iktar limitat fil-ġestjoni ta’ ħinu u sabiex isegwi l-interessi proprji tiegħu (milli kieku jkun joqgħod f’daru)?


(1)  Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).