17.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 206/34


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal de Justiça (il-Portugall) fit-2 ta’ April 2019 — Sportingbet PLC, Internet Opportunity Entertainment Ltd vs Santa Casa da Misericórdia de Lisboa, Sporting Club de Braga, Sporting Club de Braga — Futebol, SAD

(Kawża C-275/19)

(2019/C 206/39)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal de Justiça

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sportingbet PLC, Internet Opportunity Entertainment Ltd

Konvenuti: Santa Casa da Misericórdia de Lisboa, Sporting Club de Braga, Sporting Club de Braga — Futebol, SAD

Domandi preliminari

1)

Peress li l-Istat Portugiż ma informax lill-Kummissjoni Ewropea dwar ir-regoli tekniċi li jinsabu fid-Digriet-Liġi Nru 442/89, tat-2 ta’ Diċembru tali regoli — b’mod iktar speċifiku, l-[…]Artikoli 3 [bir-redazzjonijiet indikati] u 9 — għandhom jitqiesu li ma humiex applikabbli, inkwantu dan in-nuqqas ta’ applikabbiltà tista’ tiġi invokata mill-individwi?

2)

Peress li l-Istat Portugiż ma informax lill-Kummissjoni Ewropea dwar ir-regoli tekniċi li jinsabu fid-Digriet-Liġi Nru 282/2003, tat-8 ta’ Novembru, dawn ir-regoli — b’mod iktar speċifiku, l-[…]Artikoli 2 u 3 — ma għandhomx jiġu applikati għall-persuni li jipprovdu servizzi fil-Portugall?