25.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/39


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2018 – La Caixa vs EUIPO – Imagic Vision (imagin bank)

(Kawża T-761/18)

(2019/C 72/50)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Fundación bancaria caixa d’estalvis i pensions de Barcelona La Caixa (Palma de Mallorca, Spanja) (rappreżentanti: I. Valdelomar Serrano, P. Román Maestre, D. Liern Cendrero, D. Gabarre Armengol u J. Rodriguez Fuensalida, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Imagic Vision, SL (Madrid, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni “imagin bank”– Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 861 108

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Ottubru 2018 fil-Każ R 1954/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddeċiedi li dan ir-rikors huma ammissibbli kontra d-deċiżjoni kkontestata;

tikkonstata l-applikazzjoni żbaljata f’dik id-deċiżjoni tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;.

tagħti l-protezzjoni għall-prodotti u s-servizzi kollha li għalihom saret l-applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Nru 14 861 108 “imagin bank” fil-klassijiet 9, 36 u 38;

tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż ta’ rappreżentazzjoni sostnuti mir-rikorrenti, relatati ma’ dawn il-proċeduri.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.