18.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/46


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Diċembru 2018 – C&A vs EUIPO (#BESTDEAL)

(Kawża T-753/18)

(2019/C 65/60)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: C&A AG (Zug, l-Isvizzera) (rappreżentant: P. Koch Moreno, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni #BESTDEAL bil-kulur abjad – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 681 826

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Ottubru 2018 fil-Każ R 1234/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara l-motivi tar-rikors fondati u tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż fil-każ li jidher f’din il-proċedura.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u ta’ ugwaljanza fit-trattament.