4.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/79


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2018 – The Logistical Approach vs EUIPO – Idea Groupe (Idealogistic Compass Greatest care in getting it there)

(Kawża T-716/18)

(2019/C 44/105)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: The Logistical Approach BV (Uden, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: R. Milchior u S. Charbonnel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Idea Groupe (Montoir de Bretagne, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “Idealogistic Compass Greatest care in getting it there” bil-kuluri iswed, abjad u blu – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 567 201

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Settembru 2018 fil-Każ R 2062/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

tikkundanna lill-kumpannija Idea Groupe għall-ispejjeż sostnuti għall-intervent tagħha jekk din tiddeċiedi li tintervjeni.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.