3.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/80


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2018 — SJ vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-701/18)

(2019/C 187/86)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: SJ (rappreżentanti: J. MacGuill, Solicitor u E. Martin-Vignerte, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-rifjut tal-Kummissjoni Ewropea li tagħti aċċess għal dokumenti taħt ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1), meħud permezz tad-Deċiżjoni Konfermattiva C(2018) 6642 final tal-4 ta’ Ottubru 2018, u nnotifikata lir-rikorrent fit-8 ta’ Ottubru 2018;

fir-rigward tal-ispejjeż, tikkundanna lil kull parti tħallas l-ispejjeż tagħha, jew tikkundanna lill-konvenuta tħallas l-ispejjeż tar-rikorrent jekk ir-rikorrent jirbaħ il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li, billi bbażat ruħha fuq il-preżunzjoni ġenerali ta’ nuqqas ta’ żvelar, il-konvenuta effettivament tefgħet l-oneru tal-prova fuq ir-rikorrent u imponiet fuq ir-rikorrent oneru ta’ prova li huwa impossibbli li jiġi ssodisfatt, kuntrarju għal ġurisprudenza msemmija.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-eżistenza ta’ interess pubbliku superjuri, bi ksur tal-prinċipji tal-ġurisprudenza rilevanti.


(1)  Regolament (KE) 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).