28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/25


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2018 – Sony Interactive Entertainment Europe vs EUIPO – Vieta Audio (Vita)

(Kawża T-690/18)

(2019/C 35/31)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sony Interactive Entertainment Europe Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, QC)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vieta Audio, SA (Barcelona, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Vita” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 9 993 361

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Settembru 2018 fil-Każ R 695/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u l-parti l-oħra għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 72(6) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;