21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/60


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2018 – Executive Selling vs EUIPO (EXECUTIVE SELLING)

(Kawża T-689/18)

(2019/C 25/78)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Executive Selling (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: V. Bouchara u A. Maier, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea tas-sinjal figurattiv EXECUTIVE SELLING – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 343 783

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Settembru 2018 fil-Każ R 313/2018-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

It-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni globalment ma hijiex deskrittiva ta’ karatteristika tas-servizzi kkonċernati. L-analiżi adottata mill-EUIPO tmur kontra t-termini tat-testi u l-ġurisprudenza applikabbli u s-sinjal ippreżentat huwa perfettament distintiv u għalhekk jista’ jissodisfa l-funzjoni essenzjali ta’ trade mark.