21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/54


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2018 – SLL Service vs EUIPO – Elfa International (LUMIN8)

(Kawża T-680/18)

(2019/C 25/70)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: SLL Service GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Schmitt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Elfa International AB (Västervik, l-Isvezja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark LUMIN8 – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 1 276 543

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Awwissu 2018 fil-Każ R 2752/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 207/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.