21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/53


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2018 – Showroom vs EUIPO – E-Gab (SHOWROOM)

(Kawża T-679/18)

(2019/C 25/69)

Lingwa tar-rikors: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Showroom sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: M. Janicka – Kapłon, konsulent legali)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: E-Gab NV (Ternat, il-Belġju)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali / il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “SHOWROOM” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 110 376

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Settembru 2018 fil-Każ R 1834/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lil E-GAB (jekk din tal-aħħar tiddeċiedi li tintervjeni fil-proċedura) għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell u quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001.