21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/53


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2018 – Società agricola Giusti Dal Col vs EUIPO – DMC (GIUSTI WINE)

(Kawża T-678/18)

(2019/C 25/68)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Società agricola Giusti Dal Col Srl (Nervesa della Battaglia, l-Italja) (rappreżentanti: M. Pizzigati u A. Mayr, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: DMC Srl (San Vendemiano, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark verbali tal-Unjoni GIUSTI WINE

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Settembru 2018 fil-Każ R 1154/2017-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.